Referenza: Volum 32B (1946), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 337

Dettalji tas-Sentenza


Data
08/02/1946
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
BORG GORG, CAMILLERI LUIGI A., GANADO E.
Partijiet
ANTONIO CINI vs JOSEPH DEMANUELE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Fil-Qosor
In-Notifikazzjonijiet tal-Gvern ta' zmien l-emergenza, li ippermettew is-sullokazzjonijiet minghajril-permess tas-sid, ma biddlu xejn fir-rapporti bejn is-sid u l-inkwilin; ir-rapport tal-lokazzjonioriginali jibqa' jsehh, biss l-inkwilin ma jaqax taht il-komminazzjonijiet tal-ligi minhabba l-fattli huwa jkun issulloka. Ghalhekk, jekk is-sid irid jagixxi biex jiehu l-pussess tal-fond, huwa jagixxi sewwa jekk jaghmel it-talba tieghu kontra l-inkwilin biss, u mhux ukoll kontra s-subinkwilin. Kwantu ghas-subinkwilin, il-Board jista' jordna s-sejha tieghu fil-kawza "ex officio"; imma jekk dikis-sejha fil-kawza tigi mitluba mill-istess inkwilin il-Board ghandu jilqa' dik it-talba. Fil-kaz in ispecje kienet saret talba simili u l-Board irrigettaha: imma l-Qorti ta' l-Appell annullat u irrevokat dik is-sentenza u irrinvijat l-atti quddiem il-Board biex issir dik is-sejha fil-kawza u biexil-kawza tigi hekk trattata u deciza fil-meritu taghha.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni