Referenza: Volum 39C (1955), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 473

Dettalji tas-Sentenza


Data
21/05/1955
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
CARMELA SAMMUT vs AVUKAT DR. GIUSEPPE SACCO NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 770 TAL-KODICI CIVILI - EZEKUTUR TESTAMENTARJU - IMMISSJONI FIL-PUSSESS - LEGAT - PRELEGAT - SPEJJEZ
Fil-Qosor
Ghalkemm il-proprjeta' ta' legat tghaddi, mal-mewt tad-decujus, favur il-legatarju, il-pussess tal-legat hu trasferit lill-eredi; u ghalhekk tehtieg it-talba tal-legatarju ghall-pussess tal-legat. Huwa veru li -legatarju, fil-konkors ta' certi cirkustanzi, jista' jkollu l-pussess legittimu tal-legatavvolja ma kienx hemm domanda formali, kif hu veru li bizzejjed ikun hemm l-assens ta' l-eredi, lijista' jkun anki tacitu; pero' dan ifisser biss li, jekk jigi kontestat lill-legatarju l-pussess tieghu, il-legatarju hu ammess jipprova li l-pussess tieghu hu legittimu non ostante li ma jkunx ghamelid-domatda formali ghar-relaxx tal-pussess, basta jipprova l-kunsens, sija pure tacitu, ta' l-eredi; imma ma jista' qatt ifisser li hi haga prudenti jew konsiljabbli li l-legatarju ma jitlobx formalment dak il-pussess. Anki biex jirrivendika, jek jinqala' l-bzonn, l-oggett tal-legat minn xi tez detentur, id-dottrina prevalenti hi fis-sens li l-legatarju ghandu bzonn li jkun investit bil-pussess qabel ma jezercita dik l-azzjoni. L-ispejjez tal-pagament tal-legat huma a kariku ta' l-eredita'. Jekk il-legat kiun imholli bhala oneri jew piz a kariku ta' rpelegat imhoni lil persuna ohra, jista' forsi jkollu xi konsistenza, salvi konsiderazzjonijiet ohra, l-assunt illi l-ispejjez tal-prestazzjonita' dak il-legat jaqghu fuq il-prelegataqrju gravat bil-hlas ta' dak il-legat; imma jekk anki dak il-legat ikun imholli bhala prelegat, ir-regola illi l-ispejjez tal-prestazzjoni jaggravaw is-successjoni tapplika immedjatament. Oneri jew mhux oneri, dak hu prelegat; u jekk hu prelegat, tapplika dik ir-regola. Wiehed mid-doveri ta' l-ezekutur testamentarju hu dak li jaghti l-pussess tal-legal. Ghlakemm hu veru illi l-legatarju ghandu jitlob il-pussess tal-legat lill-eredi, pro', meta hemm nominat ezekutur testamentarju iex jezegwixxi l-volonta' tat-testatur, hu intuwitiv li wahda mill-inkombenzi ta' l-ezekutur tkun dik li jaghti l-pussess tal-legat lill-legatarju. U thalhekk, domanda tal-legatarju ghall-hlas ta' l-ispejjez tal-prestazzjoni tal-lkegtat hija diretta sewwa kontra l-ezekuturtestamentarju.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni