Reference: Volume 41B (1957), Part No. 1, Section , Page 122

Judgement Details


Date
25/02/1957
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
SACERDOT DON BARTOLOMEO SAMMUT NE. ET. vs GIUSEPPE DEBONO ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1(E) U 2 TAL-G.N. 242/1943 - ART. 1661 TAL-KODICI CIVILI - BOARD TAL-QBEJJEL - FAMILJA - GHALQA - LOKAZZJONI
Summary
Lokazzjoni li tkun miexja ma tispiccax bil-mewt tal-inkwilin, imma "ipso facto" tkompli fil-persunatal-werrieta tieghu, li bhala tali huma l-kontinwaturi tal-personalita' guridika tal-deculus. Ghaldaqstant, jekk l-inkwilin imut fil-kors tal-lokazzjoni, il-werrita tieghu, meta tavvera ruhha t-terminazzjoni tal-lokazzjoni, huma l-kondutturi tal-fond; u jekk dan il-fond huwa ghalqa, japplikaw favurtaghhom ir-regolamenti dwar it-trazzjjin tal-qbejjel, fosthom l-art. 2 ta' dawk ir-regolamenti, lijghid illi il-jedd li jichad iz-zieda mhix xierqa fil-qbiela, jew xi tibdil ta' patti fit-tqabbil, jew tkeccija mill-ghalqa wara l-15 ta' Awissu 1941imiss lill-kerrej, u l-lokatur ma jistax jitlob l-izgumbrament ta' dawk il-werrieta jekk ma jkunx osserva l-procedura preskritta minn dawk ir-regolamenti. Huwa veru li f'dawk ir-regolamenti hemm klawsola limitattiva li tghid li ghall-finijiet ta' dakir-regolament nru. 2 il-kirja ta' ghalqa li sa dak inhar kienet tezisti favur xi membru jew membrital-familja tas-"sitting tenant" ghandha titqies li kienet tezisti favur is-"sitting tenant", u illifid-definizzjoni tal-familja" skond dawk ir-regolamenti, mhumiex komprizi l-konsangwinei fil-linjakollaterali; izda dik il-parti tal-imsemmi komprizi regolament kienet initiza biss ghall-kazijiet transitorji, u ma ghandha xejn x'taqsam ma' kazijiet ohra. Ghaldaqstant, jekk imut l-inkwilin ta' ghalqa, l-inkwilinat tal-ghalqa jghaddi fil-werrieta tieghu; u l-lokatur ma jistax jitlob l-izgumbrament taghhom, minghajr ma jkun qabel segwa l-procedura stabbilita ghal dan l-iskop mir-Regolamenti dwarit-Tazzin tal-Qbejjel.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info