Referenza: Volum 41B (1957), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 322

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/05/1957
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., HARDING WILLIAM, MONTANARO GAUCI A.J.
Partijiet
EMMANUELA SIVE LILY SCHEMBRI ET vs JOSEPH SCHEMBRI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AKKWJEXXENZA GHAS-SENTENZA - APPELL LILL-MAESTA' TAGHHA R-REGINA FIL-KUNSILL TAGHHA PRIVAT - ART. 226 (1) TAL-KAP. 15 - EZEKUZZJONI TAS-SENTENZA - HLAS TAL-ISPEJJEZ GUDIZZJARJI - RINUNZJA
Fil-Qosor
B'ligi espressa, ma hemmx appell meta jkun hemm akkwijexxenza ghal dak li jkun gie maqtugh bis-sentenza. Mill-fatt li wiehed ikun hallas lill-parti l-ohra l-ispejjez tal-kawza dovuti lil dik il-partil-ohra bis-sahha tas-sentenza ma hemmx bizzejjed biex wiehed jinduci ezekuzzjoni tas-sentenza u akkwijexxenza ghall-istess sentenza; u dan avvoljadak il-hlas ikun sar spontaneament u mhux ghax ikungie provokat minn xi att maghmul mill-parti l-oha, u minghajr ebda rizerva ghad-dritt anki quddiem il-Maesta' Taghha r-Regina fil-Kunsill Taghha Privat. Biex l-ezekuzzjoni tas-sentenza tista' tammonta ghal akkwijexxenza jehtieg illi dik l-ezekuzzjoni tku libera u spontanea u inkompatibbli mal-volonta' li jsir appell, b'mod li tkun tista' tigi dezunta rinunzja tacita ghad-dritt tal-appell. Meta,b'applikazzjoni ta' dawn il-principji ghall-fatti tal-kaz partikulari, ma jirrizultax b'mod car u inekwivoku li l-parti li hallset l-ispejjez lill-parti l-ohra wriet l-intenzjoni u l-volonta' taghha li toqghod ghas-sentenza, u li rrinunzjat kull dritt talvolta lilha kompetenti biex tappella, ma hemmx dik l-akkwijexxenza li tipprekludiha milli tappella.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni