Referenza: Volum 42A (1958), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 281

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/05/1958
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
CARMELO GALEA vs VINCENZO GALEA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL - BOARD TAL-KERA - DAR TAL-ABITAZZJONI - DESTINAZZJONI TAL-FOND - HANUT - HJATA - KWISTJONI TA' DRITT - LOKAZZJONI
Fil-Qosor
Jekk fond jinsab nikri lil zewg persuni, u s-sid jottjeni sentenza ta' zjumbrament kontra wiehed biss minn dawk iz-zewg inkwilini, mhix irritwali l-procedura fil-kaz li s-sid jjipprocedi ghall-izgumbrament kontra l-indwilin l-iehor biss f'kawza ohra. Dan, pero', mhux ghar-raguni illi, kieku fit-tieni kawza gie azzjonat anki l-inkwilim li kontra tieghu ga hemm sentenza ta' zjumbramnet, dan kien ikun jista' jeccepixxi l-gudikat. L-enuncjazzjoni korretta tas-sitwazzjoni f'kaz bhal dan tidher li hidin. Is-sentenza kontra l-inkwilin l-iehor hija gudikat; bil-kundanna tieghu biex jizgombra mill-fond gie mpedut li favur tieghu ssir ir-rilokazzjoni; kienetx jew ma' kienetx tajba l-procedura fil-kazta' qabel mhix haga li tista' legalment tinteressa lit-tribunal fil-kawza ta' wara, billi t-tribunal fil-kawza ta' wara hu tenut li jaccetta u jirrispetta s-sentenza kontra l-inkwilin l-iehor, li tkun ghadha ssehh; ghalhekk l-inkwilin l-iehor, fir-relazzjoni tieghu mal-inkwilin azzjonat fit-tieni lok, ma baqghax ko-inkwilin, u baqa' inkwilin biss l-inkwilin li ma giex azzjonat qabel; u allura l-proceduri kontra dan l-ahhar imsemmi wahdu ma sarux hazin. Huwa perfettament korrett li l-Board tal-Kera jhares lejn l-okkupazzjoni principali tal-kerrej biex jistabbilixxi jekk il-fond minnu detenut huwiex "hanut" fis-sens tal-Ligi tal-Kera. Sakemm wihed ihares lejn l-okkupazzjoni jew professjoni principali tal-kerrej, unikament bhala wahda mic-cirkusstanzi ta' fatt li minnhom tista' tigi f'kazijiet partikulari dezunta d-destinazzjoni tal-fond mikri, meta din ma tirrizultax minn ftehim espress,hu perfettament sewwa; izda ghandu jiftiehem illi n-natura fal-fond, jek cjoe' huwiex "hanut" jew leghall-finijiet tal-imsemmija ligi, ma tiddependix necessarjament mill-professjoni jew okkupazzjonital-kerrej, imma mill-iskop li ghalieh il-fond ikun gie principalment mikri, ghalkemm fl-indaggni dwar din id-destinazzjoni, meta mhix espressament mifthema, ghandha titqies anki, fost cirkustanzi ohra, l-okkupazzjoni jew professjoni tal-konduttur. Jekk id-distinazzjoni principali u preponderanti ghal fejn il-fond gie mikri tikkostitwixxi wiehed mill-iskopijiet imsemmijin fil-ligi ghad-definizzjoni ta' "hanut",dan hu dak li jiddetermina n-natura tieghu, u mhux il-professjoni jew l-okkupazzjoni principali tal-kerrej, li jista' ma jkollha x'taqsam xejn man-nagozju jew mestjer gestit jew ezercitat fil-fond, u hi ghalhekk irrilevanti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni