Reference: Volume 42A (1958), Part No. 1, Section , Page 179

Judgement Details


Date
28/03/1958
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM, MONTANARO GAUCI A.J., MAMO ANTHONY J.
Parties
GIUSEPPE MICALLEF vs ELENA GRECH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"CIRKA" - BEJGH - EKWIPOLLENZA - ENFITEWSI - GARANZIJA TAL-PUSSESS PACIFIKU - PROVA - RICERKI TAR-REGISTRU PUBBLIKU
Summary
L-azzjoni ta' min xtara l-utili dominju ta' fond ghal certu numru ta' zmien, biex korrezzjoni tal-att tal-bejgh u indennita' kontra min beghlu l-fond, ghax jinstab illi l-enfitewsi taghlaq meta jkun ghadda numru ta' snin anqas minn dak imwieghed fil-kuntratt, hija azzjoni ta' garanzija tal-pussess pacifiku. Kaz simili jaqa' taht r-regoli ta' din il-garanzija, appuntu ghaliex l-akkwirent jigi privat mill-fond, stante r-rivendika tal-padrun dirett, ghal dak iz-zmien li jiskorri z-zmien veru tat-terminazzjoni tal-enfitewsi. In-natura ta' din l-azzjoni hija hekk determinata avvolja l-attur ma jkunx talab riduzzjoni proporzjonali tal-press tal-bejgh, imma jkun talab id-danni; ghax id-danni jistghu agevolment jikkomprenduha, barra milli jkkomprendu danni ohrajn; ir-riduzzjoni tal-prezz hija indennita', u indennita' hija danni. U r-regola tal-ekwipollenza fil-gurisprudenza nostrali hija ammessa. Ricerki tar-registru Publiku mhumiex attendibbli bhala prova, meta huma semplici notament nformi, u mhux certifikati mid-Direttur tar-Registru Publiku. Il-kelma "cirka" fil-kuntrattazzjonijietma ghandhiex tigi estiza sal-punt li tillibera, "sic et simpliciter", il-venditur mill-garanzija, ughandha titqies logikament li tilliberah biss minn garanzija "artimetika" ossija "matematika". Jigifieri illi l-uzu ta' din il-kelma jimporta certa tollranza biss; li f'kaz ta' merkanzija giet mill-Qrati Taghna stabbilita ghal tlieta fil-mija, u fil-kaz ta' stabili ghal hamsa fil-mija. Ghaldaqstant, jekk fond jinbiegh bhala suggett ghal cens temporaneu li jispicca f'certu numru ta' snin, u mbghad jirrizulta li dak ic-cens jispicca f'numru ta' snin anqas, u ddifferenza tkun ta' aktar minn hamsafil-mja tan-numru tas-snin li ghalihom giet koncessa kond il-kuntratt, il-venditur huwa obligat jindennizza lix-xerrej ghal dak in-numru ta' snin li jibqa' minn dak id-differenza wara li minnha titnaqqas l-imsemmija percentwali ta' tolleranza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info