Reference: Volume 42A (1958), Part No. 1, Section 1, Page 142

Judgement Details


Date
21/03/1958
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
PHILIP SAMMUT NE. vs ERSILIA ZAHRA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
AMMINISTRAZZJONI - ART. 799 ET SEQ. TAL-KODICI CIVILI - DOKUMENTI U HWEJJEG TAL-WIRT - EZEKUTUR TESTAMENTARJU
Summary
Talba ta' ezekutur testamentarju biex jigu lilu konsenjati d-dokumenti kollha li ghandhom x'jaqsmu mal-eredita', u li huma mehtiega biex hu jkun jista' jaqdi d-dmirijiet tieghu ta' ezekutur testamentarju, ghandha tigi ezaminata unikament bhala maghmula fil-kwalita' tieghu ta' ezekutur testamentarju,indipendentement minn kull dritt jew interess li hu jista' jkollu personalment fl-istess eredita'.Il-Kodici Taghna ma jaghmelx distinzjoni bejn ezekutur testamentarju semplici u ezekutur testamentarju rivestit bl-amministrazzjoni tal-assi ereditarju; imma ma jidherx li jista' jkun hemm dubju illi, skond is-sens u l-ispiritu tad-dispozizzjonijiet rilevanti tal-istess Kodici, u bhala punt ta' ligi, l-ezekutur testamentarju, anki jekk semplici, ghandu dritt jitlob il-pussess u jkollu access ghaldawk il-hwejjeg tal-eredita', partikularment dokumenti, li jkunu mehtiega biex hu jkun jista' jaqdid-dmirijiet tieghu. L-estensjoni, mbaghad u l-forma konkreta ta' dan id-dritt jiddependu mit-termini tat-testment li bih l-inkariku jkun gie moghti lill-ezekutur testamentarju, kombinati mad-dispozizzjonijiet tal-ligi taghna. Jekk l-ezekutur testamentarju gie nominat bil-fakoltajiet kollha necessarji biss, u ma gewx moghtija espressament funzjonijiet ohra straordinarji, ghandu jitqies li hu ghandu biss il-fakoltajiet li taghti l-ligi lill-funzjonarji simili. Dawn il-funzjonijiet huma indubbjament dawk tipici u essenzjali ta' kull ezekutur, inerenti fl-isem tieghu stess, li jezegwixxi u jikkura l-ezekuzzjoni tal-ahhar rieda tat-testatur, imfissra fit-testment; u ghalhekk, bhala tali, ghandu dritt li jkollu l-pussess tal-hwejjeg ereditarji li huma mehtiega biex hu jaqdi l-inkariku tieghu. Dan il-pussess mhux inkonciljabbli mad-drittijiet tal-eredi universali; u kwindi, jekk dawk il-hwejjeg ereditarji jkunu fil-pussess tal-eredi universali, dan ma jistghax jirrifjuta li jikkonsenjahom lill-ezekutur testamentarju fuq il-motiv illi b'hekk huwa jigi spossessat mill-oggetti tal-wirt.B'dan kollu, jixraq li jigu konciljat dan id-dritt tal-ezekutur testamentarju mad-drittijiet u l-interessi tal-eredi; u ghalhekk hu sewwa li l-Qorti taghti l-provvedimenti opportuni dwar liema oggettighandhom jigu konsenjati lill-ezekutur mill-eredi, ghal kemm zmien u taht liema modalitajiet; u danappuntu sabiex jigu konciljati d-drittijiet u l-interessi tal-wiehed u tal-iehor.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info