Reference: Volume 42A (1958), Part No. 1, Section 1, Page 75

Judgement Details


Date
03/03/1958
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
ANNUNZIATO D'AMATO ET vs JOSEPH CAMILLERI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DANNI - KAZ FORTUWITU - KOLPA - KWAZI-DELITT - NEGLIGENZA KONTRIBUTORJA - SOLIDARJETA'
Summary
Il-kolpa, fil-kaz ta` fatt dannuz li minnu torigina l-azzjoni akwiljana, tavvera ruhha filli wiehedjaghmel att volontarjament, u jonqos li jipprevedi l-effett dannuz ta` dak il-fatt meta seta` jipprevedi dak l-effett. Il-prevedibilita`, bhala distinta mill-previzjoni, isservi biex tiddetermina l-kolpa mid-dolo, u l-konkors taghha jiddiffernezja l-kolpa mill-kaz fortuwitu, li hu kostitwit minn attimprevedibbli u inevitabli. Meta l-att li kkaguna d-danni kien jikkonsisti fil-manegg ta` haga perikoluza, ir-responsabilitia` ta min ghamel dak l-att hija assoluta; u minirid jehles minn din ir-responsabilita` hu tenut jipprova, jew il-fat tat-terz, jew il-"vis major". Mhix difiza tajba kontra din ir-resposnabilita` l-allegazzjoni ill min ghamel l-att li gieb id-danni kien ilu jaghmlu zmien twil u qatt ma nqala` xejn, u li ghalhekk ming hamel dak l-att ma setghax jissupponi li fil-kaz partikulari kien ser jinqala` dak li nqala`. Lanqas ma jiskaguna minn din ir-responsabilita` lid-danneggjant l-argument illi, jekk id-dannu kien prevedibbli ghad-danneggjant, kien ukoll revedibbli ghad-danneggjat, u li gahlhekk kien hemm da parti ta` dan negligenza kontributorja. Din hi n-nuqqas ta` min ma jiehux hsieb ragjonevoli ghas-sikurezza tal-persuna tieghu jew tal-proprjeta` teighu; imma f'din il-materja hu principju li bniedem huwa gustifikat jahseb li l-iehor sejjer jadopera d-diligenza ul-prekawzjonijiet mehteiga biex jigi evitat id-dannu, u d-dover li jiehu hsieb lima jigrix d-dannuhu ta` min ikun ser jagheml ebda twissija ta` perikolu lid-dannegajat ghandu jikkonferma lid-danneggjat li d-danneggjant kien qieghed jaghmel la-tt bil-prekawzjonijiet kollha mehteiga; u ghalhekk in-nuqqas ta` previzjoni tad-danneggjat ma jammontax ghal negligenza kontributorja. Jekk la-tt li giebid-danni gie maghmul minn aktar minn persuna wahda, il-kudnanna taghhom gahd-danni ghandha tkun olidatli, meta ma tkunx tista` tigi stabbilita l-bicca tal- hsara li kull wiehed minnhom ikkaguna, ankijekk il-koll jew xi uhud minnhom ma jkunx imxew dolozament; salv lil-Qorti, jekk ikun il-kaz, tapporzjona d-danni bejniethom.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info