Referenza: Volum 38C (1954), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 635

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/02/1954
Qorti
OF COMMERCE
Ġudikatura
GOUDER TANCRED
Partijiet
ERMINIA SAID vs FRANCIS ELLUL
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DITTA - INSENJA - KONKORRENZA SLEALI
Fil-Qosor
L-insenja ghandha tigi distinta mid-ditta. Tista' tkun konformi mad-ditta, imma ma ghandhiex tigi konfuza maghha. Id-ditta hija l-isem li bih il-kummercjant jassumi l-obligazzjonijiet u jakkwista d-drittijiet ta' l-azjenda li huwa jezercita; l-insenja sija dik fantastika kemm dik nominativa, hijad-dezinjazzjoni ta' l-istabbiliment kummercjali jew industrijali, apposta esterjorment biex tindikal-post fejn jigi ezercitat il-kummerc jew tigi ezercitata l-industrija. L-insenja tifforma oggett ta' proprjeta' ta' min ikun eskogitaha l-ewwel wiehed; u dan ghandu d-dritt juzaha ghal dejjem. U kwindi l-uzurpazzjoni u l-imitazzjoni taghha minn hadd iehor huma impediti mill-ligi u puniti jekk kommessi bl-intent ta' konkorrenza sleali. Biex ikun hemm l-limitazzjoni ta' l-insenja ta' hadd iehor,ma hemmx bzonn ta' imitazzjoni servili, perfetta, tali li tinganna anki kumpratur intelligenti, imma tibbasta imitazzjoni tali li tkun tista' tinganna bniedem ta' intelligenza u diligenza ordinarja.Imma l-uzu eskluziv ta' l-insenja huwa naturalment limitat ghall-post fejn hija taghmel il-funzjonitaghha billi tirrikjama l-attenzjoni tal-publiku; u ghalhekk il-proprjetarju ta' azjenda ma jistaxjimpedixxi lil hadd iehor li jaghmel uzu minn insenja bhal tieghu f'post iehor, f'belt ohra. Pero', meta dak l-iehor li jkun qieghed jaghmel uzu f'post iehor minn insenja bhal tieghu jiftah sukkursali fl-istess belt fejn il-proprjetarju originali ta' l-insenja jkun qed juza din l-insenja, dar huwaintitolat jitlob li dak l-iehor jigi projbit milli juza dik l-insenja ghal dik is-sukkursali li jkun fetah.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni