Referenza: Volum 38C (1954), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 710

Dettalji tas-Sentenza


Data
14/10/1954
Qorti
OF COMMERCE
Ġudikatura
GOUDER TANCRED
Partijiet
JOSEPH MIZZI NE vs JOSEPH DELICATA PR ET NE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 2253 (A), 2254 (A) U 2214 TAL-KODICI CIVILI - INTERRUZZJONI - LOKAZZJONI D'OPERA - PRESKRIZZJONI - RIKONJIZZJONI TAD-DEJN - RINUNZJA
Fil-Qosor
Il-preskrizzjoni ta` tmintax il-xahar li tolqot l-azzjonijiet tal-hajjata, skrapar, mastrudaxxi, bennejja, bajjada, haddieda, argentiera, arluggara, persuni ohra li jahdmu sengha jew arti mekkanika,ghall-prezz ta` l-opri jew tax-xoghlijiet taghhom, jew tal-meterjal li jfornu, tirriferixxi ghall-lokazzjoni ta` l-opera li biha dawk il-persuni jkun obligaw ruhhom li jaghtu x-xoghol taghhom, u mhuxghall-"locatio operis" li biha l-imprenditur jobliga ruhu li jaghti, mhux ix-xoghol, izda l-prodotttax-xoghol - meta l-lokazzjoni d'oper tkun konnessa ma` organizzazzjoni ta` mezzi teknici li timprimi lill-lokazzjoni l-karattru ta` att oggettivamnet kummercjali. Gahl din l-ahhar imsemmija xrota ta` lokazzjoni d'opera hija applikabili l-preskrizzjoni ta` sentejn li tolqot l-azjzonijiet tal-bennejja ta` bastimenti jew bcejjec ohra tal-bahar, u tal-kuntratturi ta` bini jew ta` xoghlijiet ohra ta`injam, gebel jew materjal ieho, ghall-opri mahdumin minnhom jew ghall-materjali li jfornu. Is-semplici fatt lil-pretiz debitur jitlob on-notamenti dwar il-kreditu pretiz kontra teighu, minghajr ebdakelma ohra li tista` tispjega l-aghliex huwa ried dawk in-notamenti,ma jgibx ghar-rikonjizzjoni tad-dejn, jew ghal rinunzja tal-preskrizzjoni ga maturata. Jekk dik it-talba ma tkunx akkompanjata minn xi kliem iehor fis-sens li, jekk minn dawk in-notamenti jirrizulta li ghandu jaghti, huwa jhallas,allura ma jkunx hemm lok ghar-rikonjizzjoni tad-dejn jew ghal rinunzja tal-preskrizzjoni li tkun gaghalqet. Ir-rinunzja ghall-preskrizzjoni ghall-preskrizzjoni tista` tkun nki tacita. biex tkun tacita, jethieg litirrizulta minn xi fatt li jissupponi l-abbadnun tad-dritt akkwistat, minn xi attijiet jew fattijiet li ma jistghax jittiehdu b'haga ohra hlief bhala rinunzja tal-preskrizzjoni jew ammissjoni tad-dejn.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni