Referenza: Volum 38C (1954), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 620

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/12/1954
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
GIO MARIA DEBONO vs CARMELA LICARI ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 901 U 902 TAL-KODICI CIVILI - CITAZZJONI - EREDITA' - KAWZALI - LEGITTIMA - RINUNZJA
Fil-Qosor
Il-legittima tista' tintalab anki minn dak li jkun nominat eredi, pero' wara li jkun irrinunzja ghall-eredita'. Nejn ma jiswa li fil-permessi tac-citazzjoni jinghad li l-attur ma jridx joqghod ghad-dispozizzjoni testamentarja billi jaghzel li jiehu l-kwota lilu rizervata mill-ligi, ghax ir-rinunzjaghall-wirt ma tistax tkun prezunta, u tista' ssir biss b'dikjarazzjoni formali prezentata fir-Registru tal-Qorti ta' Gurisdizzjoni Volontarja fil-Gzira fejn id-decujus kien joqghod fiz-zmien tal-mewttieghu. Il-ligi hija kategorika, u ma tammettix, ghalhekk, ekwipallenza. Konsegwentement, fin-nuqqas ta' rinunzja ghall-eredita' bil-forma legali, l-azzjoni ta' l-attur li jitlob l-assenjazzjoni tal-legittima lilu talvolta kompetenti fuq l-eredita' in kwistjoni hija intempestiva. U intempestiviwkoll huma d-domandi l-ohra dedotti fl-istess citazzjoni li ghandhom bhala kawzali l-likwidazzjoni uassenjazzjoni tal-legittima; ghaliex, jekk il-kawzali ma hix sostenibili, dawk id-domanda l-ohra jsegwu l-istess xorti; u kieku dawk id-domandi kellhom jibqghu, l-azzjoni tigi jkollha kawzali gdida udiversa, kontra l-principju procedurali li l-kawzali, element sostanzjali ta' l-azzjoni, ma tistaxtitbiddel.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni