Reference: Volume 41C (1957), Part No. 1, Section 1, Page 507

Judgement Details


Date
04/11/1957
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
GIOVANNA CARDONA vs CARMELO PISANI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ATT TA' KONVENJU - KJAMATA FIL-KAWZA - PROMESSA TA` BEJGH - SOPRASSESSJONI
Summary
Is-soprassessjoni minhabba eccezzjoni, sabiex l-eccezzjoni tkun dedotta u kombattuta f'gudizzju separat, huwa rimedju straordinarju, li ghalih il-Qorti ghandha tirrikorri biss meta hu mehtieg fl-interess tal-amministrazzjoni tal-gustizzja x'hin tinqala' xi kwistjoni delikata u gdida li d-decizjoni taghha tinfluwixxi sostanzjalment fuq l-ezitu tal-kawza, u fl-istess hin ma tistghax tigi ezaminata fl-istess kawza, jew minhabba n-natura guridika taghha ma jkunx konvenjenti li tigi ezaminata u deciza hlief f'kawza ohra separata li tkun trid tigi proposta oppozitament. Izda, meta l-kwistjoni tkuntista', bhala eccezzjoni jew kontro-eccezzjoni, tigi liberament ezaminata u deciza fl-istess kawza,is-soprassessjoni u l-prefissjoni ta' terminu ghall-azzjoni fuq l-eccezzjoni ma ghandhomx jigu ordnati, izda ghandha titkompla l-kawza bl-ezami tal-eccezzjonijiet. Ghax huwa kompitu tal-Qorti li fil-kawza tiehu konjizzjoni tal-eccezzjonijiet u tal-kontro-eccezzjonijiet kollha li jigu moghtija in konnessjoni mal-meritu li tkun qeghedha tezamina, u tirrizerva biss ghal gudizzju iehor gdid li jkollujigi propost apposta, u ghalhekk tissoprassjedi, meta l-kwistjoni mqajma bl-eccezzjoni jew kontro-eccezzjoni ma tkunx sollevabbli "ope exceptionis', jew ma tkunx tal-kompetenza taghha, inkella, fl-interess gravi tal-gustizzja, ikun jaqbel li jsir hekk. Il-Qorti ma tistax tirrofta li tisma r-ragunijiet kollha rilevanti tal-partijiet fil-kawza. Barra minn dan, fis-sistema gudizzjarju modern l-ekonomija tal-gustizzja li tinholoq moltiplikazzjoni bla bzonn ta' kawzi. Jekk wiehed jobliga ruhu lijixtri bicca art u jigi azzjonat biex jezegwixxi l-att tal-konvenju, u jeccepixxi li hu ma jistax jigi kostrett jaddivjani ghall-kuntratt ghax l-art li jridu jgieghluh jixtri hija ta' estensjoni izghar minn dik li giet lilu promessa, mhux il-kaz li l-Qorti tordna s-soprassessjoni tal-kawza sabiex dik l-eccezzjoni tigi trattata u deciza f'gudizzju separat; ghax-fil-kawza l-Qorti tista' liberament tara jekk fil-fatt l-art in kwistjoni hijiex tal-estensjoni pattwita jew le, u ebda raguni ma tidherli hemm biex il-Qorti tirrizerva dan l-ezami ghal gudizzju iehor. Jekk, mbghad, fil-mizurazzjoni tal-art fil-kwistjoni jkunu nteressati persuni ohra li ma humiex parti fil-kawza, dan ma hux ostakoluli jiggustifika l-provvediment tas-soppressessjoni; ghax il-ligi stess tipprovdi r-rimedju biex tirrendi integru l-gudizzju, jekk qatt matul il-kawza eventwalment jinqala' l-bzonn ta' xi zieda fil-partijiet ghall-fini tal-meritu jew eccezzjoni, "si et quatenus".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info