Reference: Volume 41C (1957), Part No. 1, Section , Page 382

Judgement Details


Date
31/05/1957
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
EMMANUELE VELLA vs RAFFAELE BARBARA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL - ART. 4, 5 (H), U 37 (2) TAL-KODICI TAL-KUMMERC - ART. 779 TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - ATT TA' KUMMERC - BEJGH U XIRI TA' BINI - KOMPETENZA - KUMMERCJANT - PROCEDURA
Summary
Min jinnegozja fix-xiri u bejgh ta' bini bi spekulazzjoni kummercjali jaghmel att ta' kummerc; u meta jiehu bicca art bil-hsieb li in segwitu jerga' jikkoncediha bicca bicca bic-cens, u dan ikun ix-xoghol tieghu, u b'dan ix-xoghol huwa jghix, ghandu jitqies bhala kummercjant, u kull azzjoni li titnissel minn operazzjoni simili taqa' fil-kompetenza tal-Qorti tal-Kummerc. Xejn ma jiswa li dik l-azzjoni kontra tieghu tkun konsegwenza ta' kawza ohra quddiem il-Qorti Civili fejn huwa ma jkunx ikkontesta n-natura civili ta' l-operazzjoni; u ghalhekk lanqas ma tiswa l-allegazzjoni li b'hekk huwa gie accetta l-gurisdizzjoni tal-Qorti Civili; ghax, apparti milli huwa jista' f'din il-kawza jissolleva kull eccezzjoni li jidhirlu opportuna u li ma jkunx issolleva fil-kawza l-ohra, basta valida u legali, hu fatt li l-kompetenza "ratione materiae" hi ta' ordni publiku, u l-Qorti tista', anzi ghandhad-dover, tissolleva l-eccezzjoni ta' l-inkompetenza "ratione materie" anki "ex officio". Jekk imbaghad il-Qorti tkun iddikjarat ruhha inkompetenti "ratione ma teriae", il-ligi tistabillixxi procedura specjali li ghandha tigi segwita, fis-sens illi, qabel ma l-kawza tigi mressqa quddiem Qorti ohra,ghandha tigi, b'rikors, adita l-Qorti ta' l-Appell tal-Maesta' Taghha r-Regina, biex din tistabbilixxi definittivament liema hija l-Qorti kompetenti, biex tiehu konjizzjoni tal-kawza. U billi r-regoli tal-procedura huma ta' ordni publiku, l-inosservanza taghhom iggib is-sanzjoni tan-nullita'; u ghaldaqstant, jekk din il-procedura specjali tigi injorata, u minflok isir appell mid-decizjoni ta' l-inkompetenza b'mod divers minn dak hekk stabbilit, dak l-appell huwa irritu u null, u ma jistax jigiattiz.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info