Reference: Volume 43D (1959), Part No. 2, Section , Page 813

Judgement Details


Date
17/11/1959
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Parties
JOSEPH MIFSUD BONNICI, M.B.E. NE. vs AVV. DR. GEORGE DEGAETANO ET. NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 743(A) U 743 TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - DOMICILJU - EMIGRAZZJONI - EZEKUZZJONI TAS-SENTENZA - GURISDIZZJONI - KOMPETENZA - PROCEDURA
Summary
L-eccezzjoni tal-inkompetenza tal-Qorti tista' tinghata, fost kazijiet ohra, meta l-Qorti ma jkollhiex gurisdizzjoni tiehu konjizzjoni tal-kawza ghax din ma tkunx ta' gurisdizzjoni tal-Qrati ta' dawnil-Gzejjer. Il-Qrati ta' dawn il-Gzejjer ghandhom, minghajr distinzjoni jew privilegg, gurisdizzjoni biex jisimghu u jiddecidu l-kawzi kollha li jirrigwardaw, fost ohrajn, il-persuni li huma sudditital-Maesta' Taghha r-Regina, mit-twelid jew naturalizzati maltin, sakemm ma jkunux iffurmaw id-domicilju taghhom band'ohra, u kull persuna ghal kull obligazzjoni li tkun ikkuntrattat ma' sudditu tal-Maesta' Taghha r-Regina, meta s-sentenza tkun tista' tigi ezegwita f'dawn il-Gzejjer. Kwantu ghad-domicilju, mhux bizzejjed li wiehed ikun siefer, anki flimkien mal-familja tieghu, biex jista' jinghadli hu biddel id-domicilju tieghu; billi hu maghruf illi mhux bizzejjed il-qaghad twill f'pajjiz barrani, ghal motivi ta' kummerc jew xoghol, anki jekk ikun ha mieghu il-familja, imma jehtieg li jirrizulta bi provi precizi u konkludenti li hu ma ghandu ebda ntenzjoni li jirritorna. Jekk mbghad huwajkun siefer bhala emigrant, ghandu jitqies li siefer bl-intenzjoni li jibqa' fil-pajjiz fejn emigra. Kwantu ghall-ezekuzzjoni tas-sentenza, din timporta n-necessita' tal-accertament fil-principju tal-kawza, jekk u meta l-individwu jew persuna azzjonata tkun assenti, li jkunu jezistu f'dawn il-Gzejjer beni jew sustanzi li fuqhom is-sentenza tkun tista' tigi ezegwita. Il-fatt li dik il-persuna tkun qeghdha tircievi pensjoni mill-Gvern ta' Malta ma jimpurtax li hija ghandha beni jew sustanzi lifuqhom tista' tigi ezegwita s-sentenza, u ghalhekk dan il-fatt ma jirrendiehx suggett ghall-gurisdizzjoni tal-Qrati ta' dawn il-Gzejjer.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info