Referenza: Volum 43D (1959), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 699

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/04/1959
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
EMMANUELE FRANCICA vs ANTHONY CAMILLERI NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 359 (1) TAL-KODICI CIVILI - AZZJONI RIVENDIKATORJA - KJAMATA FIL-KAWZA - KONTRA MIN GHANDHA TIGI ISTITWITA
Fil-Qosor
L-azzjoni rivendikatorja hi azzjoni reali, u ghandha bhala oggett taghha r-rikonoxximent tad-dritt tal-proprjeta' fil-proponent, u bhala konsegwenza r-restituzzjoni tal-haga reklamata; ghalhekk jehtieg li tigi istitwita kontra dak li attwalment ikun jippossjedi l-haga, u kontra tieghu biss; u ma tistax tigi promossa kontra min, meta ssir l-kawza ma jkunx ghadu jippossjediha. Billi l-oggetti ta' kull xorta li jkollhom x'jaqsmu ma' proceduri kriminali ghandhom jibqghu merfugha f'idejn ir-Registratur, jekk jigi elevat van ghax sar uzu minnu fit-trasport ta' oggetti li ma kienux zdoganati, dak il-van ikun taht il-poter tar-Registratur tal-Qrati, u ghalhekk sid il-van, li jippretendi lura dak il-van ghax hu ma kellux x'jaqsam mal-kommissjoni tar-reat, ghandu jistitwixxi l-azzjoni tieghu kontrar-Registratu, u mhux kontra l-Kollettur tad-Dwana, ghax dan ma kellux f'idejh il-van meta saret il-kawza. U ma jistax dan id-difett jigi rimedjat bil-kjamata fil-kawza tal-Kolletur tad-Dwana, jekk l-parti l-ohra topponi t-talba ghal dan il-provvediment; ghax is-sejha fil-kawza mhix ammissibbli meta l-attur kien jaf, jew imissu kien jaf, li l-persuna li jrid li tigi msejha fil-kawza kienet l-unika jew il-principali persuna nteressata.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni