Reference: Volume 40B (1956), Part No. 1, Section 1, Page 358

Judgement Details


Date
30/11/1956
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
VITTORIO FENECH vs GIOVANNI BUTTIGIEG ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ILMA - MOLESTJA BEJN GABILLOTTI - SERVITU'
Summary
Il-gurisprudenza lokali, antika u recenti, irrikonoxxiet illi, meta, kif ta' spiss jigri fil-kampanja bejn gabillotti, ikun hemm bejniethom "modus operandi" dwar xi servizz konness mal-agrikoltura, dan is-servizz mhux servitu' predjali b'mod li jkun hemm dritt reali fuq il-fond, imma hu semplici "diritto di obbligazione", ossija, kif ukoll jissejjah, "servitu' personali". U l-kwalita' ta' semplici detentur tal-fond hija sufficjenti ghall-legittimazzjoni attiva u passiva ta' azzjoni dwar dan is-servizz bejn l-ghelieqi; ghaliex il-proprjetarju bl-ebda mod ma hu pregudikat b'dan il-"modus operandi", billi fil-konfront tieghu ma hemmx hlief att ta' tolleranza, avvolja bejn il-gabillotti stess hemm dritt ta' obligazzjoni. Ghaldaqstant, jekk zewg gabillotti jkunu ftehmu bejniethom dwar kif itellghu l-ilma minn spiera biex minnha jiehdu l-ilma ghas-servizz tar-raba' minnhom rispettivament detenut, u tinqala' kwistjoni bejniethom in konnessjoni ma' dak is-servizz, bhal ma hija kwistjoni jekkwiehed mill-gabillotti jistax ixolji dak il-ftehim kontra l-volonta' ta' l-iehor, l-azzjoni biex jigu definiti kwistjonijiet simili tmiss lill-gabillott, u mhux lill-proprjetarju tar-raba'.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info