Reference: Volume 33E (1948), Part No. 2, Section , Page 295

Judgement Details


Date
25/06/1948
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
SALVATORE CAMILLERI vs STEFANO DEBONO PR. ET NE. ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1435, 1436 U 1488 TAL-KODICI CIVILI - BEJGH - DANNI - TRADIZZJONI
Summary
Meta, fl-okkazjoni ta' bejgh ta' haga mobili, il-venditur jaghti lix-xerrej fl-istess kuntratt il-kunsens tieghu biex jiehu pussess ta' l-ogett li jbieghlu b'dak il-kuntratt, it-tradizzjoni ta' l-oggett issir ma' l-istess kuntratt. Ghax it-tradizzjoni tikkonsisti fit-traslazzjoni fit-traslazzjoni tal-pussess, u skop taghha huwa l-immissjoni fil-pussess tal-kumpratur, sabiex dan ikun jista' jirrikava l-utilita' illi l-haga li akkwista ghandha tipprokuralu, sabiex ikun jista' jezercita d-dritt lijkun tah il-kuntratt tal-bejgh. Ghaldaqstant, jekk ix-xerrej ma jirtirax l-oggett li akkwista, u dan imbaghad jigi trasferit lil hadd iehor mill-venditur, mhux il-kaz li x-xerrej jitlob ir-rizoluzzjoni tal-bejgh minhabba nuqqas ta' konsenja ta' l-oggett, imma huwa kaz ta' danni. F'dan il-kaz lanqas hija applikabili d-dispozizzjoni tal-ligi li tghid li, trattandosi ta' bejgh ta' hwejjeg mobili,ix-xoljiment tal-bejgh isir "ipso jure", fl-interess tal-venditur, jekk ix-xerrej ma jmurx biex jirtira l-haga mibjugha qabel l-gheluq taz-zmien stipulat ghall-konsenja, jew jekk imur biex jiehu dik il-konsenja minghajr ma joffri fl-istess hin il-prezz, meta ma jkunx hemm zmien stabbilit ghall-hlastal-prezz; ghax dik id-dispozizzjoni tikkontempla l-kaz meta x-xerrej ma jkunx mar biex jiehu l-konsenja ta' l-oggett, mentri fil-kaz in kwistjoni l-konsenja hija ritenuta li diga' saret. Barra minndan, dik id-dispozizzjoni ma hix applikabili meta l-prezz ikun diga' mhallas, bhal ma kien fil-kaz prezenti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info