Reference: Volume 33E (1949), Part No. 2, Section , Page 391

Judgement Details


Date
06/06/1949
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CAMILLERI ALBERT V.
Parties
CARMELO ZARB vs ARTHUR GATT ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"THIRD PARTY RISKS" - ART. 10 TA' L-ORDINANZA XXXVI TA' L-1939 - ASSIKURAZZJONI - DANNI - KJAMATA FIL-KAWZA - KOLLIZJONI
Summary
Ir-responsabilita' tal-membri tal-publiku versu membri ohra tal-publiku ghal danni u offizi kagunatiminn accidenti, u li jitnisslu huma l-konsegwenza ta' l-arti jew professjoni li bniedem ikun qieghed isegwi, hija l-lum normalment assunta mill-assikuraturi. Imma l-polza ta' l-assikurazzjoni hija kuntratt bejn il-partijiet, u tindika c-cirkustanzi li fihom l-indennita' hija koncessa jew moghtija.L-assikurat, ghalkemm protett mill-assikurazzjoni, ghandu joqghod attent hafna, u ma ghandux ikunvolontarjament u arriskjament trakurat. Sakemm l-asskurat ma jkunx gie mfittex mid-danneggjat, jewma jkunx gie ritenut responsabili ghad-danni, il-kumpannija assikuratrici. Huwa minnu li skond il-gurisprudenza taghna, is-sid ta' karozza tal-mutur qatt ma ge ritenut responsabbli ghad-danni kagunatui mid-driver jekk ma tigix pruvata fih "culpa in eligendo"; izda l-lum, li l-assikurazzjoni ghal "third party risks" saret obligatorja, dahlet obligazzjoni gdida meta l-ligi tghid li hadd ma jista' juza karrozza, jew igieghel jew jippermetti lil persuna ohrajn juzaw karrozza, jekk ma jkunx hemm relativament ghad-driver, polza ta' l-assikurazzjoni ghat-"third partu risks". Imma meta l-persuna danneggjata setghet tkun taf li d-driver li kkagunalha l-hsara ma kienx kopert b'dik il-polza assikuratrici, ma jistax jagixxi direttament kontra l-kumpannija ta' l-assikurazzjoni: imma huwa dmir tieghuli l-ewwel ifittex lill-assikurat, salvo li dan imbaghad jghajjat, jekk irid, il-kumpanija assikuratrici li ghandu l-kuntratt maghha. Lanqas ma jista' jissewwa dan id-difett bir-rimedju tal-kjamata ta' l-assikurat fil-kawza : il-ghaliex la d-danneggjat kien jaf minn qabel li l-kuntratt ta' l-assikurazzjoni kien bejn il-kumpanija assikuratrici u sid il-karozza, huwa kien imissu fittex lil sid il-karozza mill-ewwel ; billi skond l-ahjar gurisprudenza taghna mhux lecitu li ssir is-sejha fil-kawzata' persuna li kellha u setghet tigi msejha mill-bidu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info