Reference: Volume 33E (1948), Part No. 2, Section , Page 214

Judgement Details


Date
06/03/1948
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
SPERANZA VELLA vs ANTONIO SCIBERRAS ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 540 U 541, U ART. 948 TAL-KODICI CIVILI - DIVIZJONI - DRITT TA' OZJONI - KOMUNJONI TA' L-AKKWISTI - LICITAZZJONI - LIKWIDAZZJONI TA' EREDITA' - SPEJJEZ TA' L-AHHAR MARDA - UZUFRUTT
Summary
Hija gurisprudenza kostanti illi l-ispejjez ta' l-ahhar marda, peress li jigu nkorsi qabel ma l-komunjoni tkun inhallet bil-mewt ta' wiehed mill-konjugi, ghandhom jiggravaw fuq l-akkwisti. Id-dritt ta' ozjoni mholli mit-testatur favur wiehed mill-werrieta ma hux il-jedd li taghti l-ligi fid-divizjoni lill-kondividenti li jkun jippossjedi beni vicini ghal xi whud mill-beni li jkunu sejrin jinqasmu; u ghalhekk dak id-dritt ta' ozjoni ma hux suggett ghall-kondizzjoni li fl-assi ereditarju jkun hemm beni ohra bizzejjed biex minnhom l-eredi l-ohra jkunu jistghu jichdu sehemhom ta' l-istess valur bhal dak tal-beni optati; u dan avvolja l-ligi tirrendi applikabili ghad-divizjoni fis-successjonijiet ir-regoli tad-divizjoni f'kazijiet ohra; u avvolja fid-divizjoni ereditarja wiehed ghandu jara u jfittex li fil-formazzjoni tal-kwoti tidhol l-istess kwantita' ta' hwejjeg mobili u immobili. Ghalhekk, min ghandu dritt ta' ozjoni bis-sahha tat-testment jista' jezercita dak id-dritt anki jekk ma jkunx hemm beni ohra fl-eredita' li minnhom il-werrieta l-ohra jkunu jistghu jiehdu beni ohra tal-valur tal-beni li fuqhom gie ezercitat id-dritt ta' ozjoni. Meta l-beni ma jistghux jinqasmu komodamentminghajr ekwiparazzjonijiet ezagerati u sproporzjonati, ghandhom jigu licitati. U jekk xi beni minn dawk li ghandhom jifu licitati jkunu suggetti ghal uzufrutt, ghadha ssir stima mnejn jirrizulta f'liema percentwali ghandha tinqasam bejn l-uzufruttwarju u l-proprjetarji nudi dik il-parti tal-prezzli jigi rikavat mill-licitazzjoni li tkun tikkorrispondi ghall-beni soggetti ghall-uzufrutt, sabiexikun jista' jigi stabbilit liema parti ta' dak il-prezz ghandha tibqa' suggetta ghall-uzufrutt.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info