Reference: Volume 36B (1952), Part No. 2, Section , Page 142

Judgement Details


Date
30/05/1952
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
JAN WHITE vs JOSEPH FENECH
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL - BOARD TAL-KERA - LOKAZZJONI - NULLITA' - RITRATTAZZJONI - SENTENZA
Summary
Meta, f'kawza maqtugha mill-Board tal-kera, isir appell minn pont ta' dritt, u l-Qorti ta' l-Appelltikkonferma l-intrpretazjoni li jkun ta l-Board, allura ma hemmx lok li jigu ezaminati kwistjonijietta' fatt. Jekk ghall-kuntrarju, il-Qorti ta' l-Appell ma taqbilx mal-Board fuq il-pont tad-dritt,allura , jekk ikun hemm kwistjonijiet ta' fatt. Jekk ghal kuntrarju l-Qorti ta' l-Appell ma taqbilxmal-Board fuq il-pont tad-dritt, allura, jekk ikun hemm kwistjonijiet ta' fatt li, bhala konsegwenza ta' din is-soluzzjoni diversa, ghandhom ta' bilfors jigu ezaminai ghad-definizzjoni tal-kawza, f'kaz simili l-appell fuq kwistjoni ta' dritt isir devolutiv tal-kwistjonijiet kollha konsegwenzjali, ankorke' ta' fatt. Jekk, fuq ir-rapport tal-periti, il-Board jiddeciedi l-kera xieraq, imma l-peitijkunu gew ingannati mill-parti kuntrarja li wriethom biss parti mill-fond, cirkustanza simili, jekkqatt, taghti lok mhux ghal appell, imma ghal ritrattazzjoni. U lanqas ma jkun il-kaz li tigi annullata s-sentenza tal-Board. Fil-kaz prezenti, l-appellant ippretenda li kellha tigi annullata s-sentenza tal-Board ghax kienet inkompleta l-lista tal-mobbli li taghhom kienet saret l-istima ghall-finijiet tal-fissazzjoni tal-kera xieraq; u gie ritenut li s-sentenza tal-Board ma kienitx nulla mhabba daqshekk, u lanqas kien il-kaz ta' appell minn dik id-decizjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info