Reference: Volume 80 (1996), Part No. 4, Section 1, Page 38

Judgement Details


Date
05/02/1996
Court
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., ARRIGO NOEL V.
Parties
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs GEORGE MIFSUD
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DANGEROUS DRUGS ORDINANCE - LAQAM - ORDNI TA' L-AVUKAT GENERALI
Summary
Il-funzjoni ta' l-Avukat Generali ai termini ta' l-artikolu 22 (2) tal-Kap. 101 tidhol fix-xena mhuxbhala pre-rekwizit biex jigu istitwiti proceduri penali, bhalma huwa l-kaz ta', per ezempju, l-Attdwar il-Kontroll fuq il-Kambju fejn il-ligi trid u timponi illi qabel ma jkunu jistghu jinbdew il-proceduri, huwa rikjest sine qua non il-permes jew l-awtorizzazzjoni ta' l-Avukat Generali, izda bhalapre-rekwisit ghal dik li hija x-xelta ta' liema Qorti sejra tiggudika lill-imputat jew akkuzat skond il-kaz. Dak li l-artikolu 22 (2) tal-Kap, 101 jippreciza huwa illi l-Qorti li eventwalment sejratiddecidi l-kaz ta' allegat ksur tad-disposizzjonijiet ta' dak il-Kap, ma jaghzilix l-imputat kif jista' jaghmel prattikament fil-kazijiet kollha kriminali, fejn jista jkun hemm ix-xelta prevista mil-ligi, izda jaghzilha l-Avukat Generali. Fil-Kaz tal-Kap. 101 tal-Ligijiet ta' Malta, il-Pulizija ghandha dejjem id-diskrezzjoni li tmexxi u tipprezenta lil dak li jkun u takkuzah quddiem Qorti ta' kompetenza kriminali, pero', liema Qorti eventwalement se jkollha l-gurisdizzjoni illi tiddecidi dakil-kaz ma jiddependix mill-Pulizija, anqas mill-akkuzat, imma jiddependi esklusivament mill-Avukat General. Ebda awtorizzazzjoni mill-Avukat Generali m'hija rikjesta mil-ligi biex jinbdew il-proceduri u li dak li hemm previst mil-ligi hija d-diskrezzjoni assoluta ta' l-Avukat General li jiddecidi hu u mhux l-imputat mil-liema Qorti ser jigi ggudikal l-istess imputat. Dik l-ordni kienet tkun rikjesta, u hija effettivament rikjesta mil-ligi, biex f'gheluq il-kumpilazzjoni, jekk ikun kemm bizzejjed provi, il-kawza tigi diretta jew inkanalata quddiem dik il-Qorti illi l-Avukat Generali, jkun stabbilixxa. Effettivament, jidher illi, strettament, l-Avukat Generali jekk irid, jista jistenna sa l-ezitu tal-kumpilazzjoni biex jiddecidi jekk l-imputat jigix gudikat mill-Qorti tal-Magistrati bhalaQorti ta' Gudikatura Kriminali jew mill-Qorti Kriminali u f'dan il-kaz m'hemm hadd izjed li ghanduxelta hlief hu. Sakemm ikun hemm il-fakolta' ta' l-Avukat Generali li jirrinvija l-atti lill-QortiIstruttorja, l-Avukat Generali jkollu ukoll il-fakolta' li jippreciza u jikkoregi l-inezattezzi kollha li jkun hemm fl-ordni tieghu. L-uzu ta' laqam - fenomenu pjuttost komuni f'Malta mhux biss fostil-generazzjonijiet li ghaddew imma anke fost il-generazzjoni li tiela' - fi proceduri kriminali jista' jkun importanti mhux biss fil-kaz fejn xhud ma jkunx jaf id-dettalji ta' l-isem u l-kunjom ta' l-akkuzat jew ta' si xhud iehor, izda anke f'kazijiet fejn ikun jaf dawn if-dettalji. Ir-raguni hijaovvja, anke ghaliex l-uzu ta' jew ir-referenza ghal, laqam jista' jintuza bhala punt ta' referenzafir-rigward ta' deposizzjonijiet ohra fejn ix-xhud ma jkunx jaf dawk id-dettalji.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info