Reference: Volume 45D (1961), Part No. 3, Section , Page 814

Judgement Details


Date
25/05/1961
Court
OF COMMERCE
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
VALHMOUR BORG NE. vs MAJOR ALFRED CALASCIONE, M.B.E. NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"COLD STORES" - ART. 2201, 2002, U 1976 TAL-KODICI CIVILI - DANNI - DEPOZITU - KLAWSOLA TA' EZONERU - LOKAZZJONI D'OPERA - MANDAT
Summary
Min fil-waqt li jaccetta li jzomm fil-"cold stores" tieghu merkanzija biex tigi konservata fi stat tajjeb, jassumi espressament di fronti ghall-parti l-ohra li jzomm it-temperatur mehtiega ghal dik il-konservazzjon, u fil-fatt dik it-temperatura ma jzommhiex u l-merkanzija jigrilha l-hsara, huwa reponsabbli ghad-danni konsegwenti ghal din l-inadempjenza; u mir-responsabbilta' ghal dawn id-danni huwa ma jitghax jehles billi fl-ircevuta li huwa jirrilaxxja wara l-ftehim ikun hemm il-klawsola ta'ezoneru. Ghax il-ftehim jeskludi l-operazzjoni ta' dik il-klawsola. Imma anki minghajr dak il-ftehim, xorta wahda dik l-klawsola ma tiswiex; ghax hu jirrispondi ghad-danni la darba dawn ikunu grawb'xi att volontarju u konsapevoli tieghu li jammonta ghal dolo jew ghal dak il-grad ta; kolpa li l-ligi tirrikjedi fl-esekuzzjoni tal-obligazzjoni li hu assuma. Il-kuntratt li bih sid il-"cold stores"jassumi li jikkustodixxi u jikkonserva il-merkanzija fil-"cold stores" mhux kuntratt ta' mandat, ulanqas ta' semplici depozitu; imma huwa kuntratt ta' lokazzjoni d'opera. Verament stante li l-obligazzjoi tal-kustodja u konservazzjoni tal-merkanzija titiehed b'kumpens, id-distinzjoni bejn mandat udepozitu minn banda wahda u lokazzjoni d'opera mill-banda l-ohra ma ghandhiex importanza biex tiddetermina l-grad ta' diligenza li hu mehtieg fil-konservazzjoni tal-merkanzija;u tibqa dejjem li sid il-"cold stores" kien obbligat li jikkustodixxi u jikkonserva l-merkanzija b'dik id-diligenza teknikanormali li hi proprja ghal industrija tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info