Reference: Volume 41D (1957), Part No. 1, Section , Page 694

Judgement Details


Date
15/11/1957
Court
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Judiciary
HARDING WILLIAM, MONTANARO GAUCI A.J., CAMILLERI LUIGI A.
Parties
PHILIP AGUIS ET. PR. ET NE. vs CHARLES PACE ET. NE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
GUDIKAT - KAWZA ILLECITA - KONKORRENZA LIBERA - NULLITA' - OBLIGAZZJONI - PENALI
Summary
Hija bla effett kwalunkwe obligazzjoni maghmula fuq kawza illecita; u l-kawza hija illecita meta hija projbita mill-ligi, jew kuntrarja ghall-ghemil xieraq jew ghall-ordni pubbliku; u konvenzjoni hijakontra l-ordni publiku meta hija kontra l-interess generali. Ghaldaqstant, il-konvenzjoni bejn nies tal-istess professjoni jew sengha, li biha jifthemu li certa merkanzija ma ghandhomx ibieghuha biprezz anqas minn dak stabbilit bejniethom, taht penali ghall-kaz ta' ksur ta' dan il-ftehim, hija nulla ghax illecita, billi tmur kontra l-interess tal-pubbliku. Imma jekk issir kawza li fiha l-atturjezigi l-penali kontra diversi konvenuti ghax kisru dik il-konvenzjoni, u qabel kien hemm kawza ohra ma uhud mill-kontendenti fejn il-kwistjoni tal-illicejta' tal-ftehim ma gietx sollevata u l-istessftehim gie virtwalment rikonoxxut mill-Qorti, dak il-gudikat jiswa ghall-konvenuti li kienu parti f'dak il-gudizzju precedenti; u dawn ma jistghux aktar, fil-gudizzju sussegwenti, jissollevaw l-invalidita' tal-ftehim; ghax ghalkemm dik il-kwistjoni ma kienitx giet sollevata fil-gudizzju precedenti,hu pacifiku li l-gudikat jassorbixxi anki dawk l-eccezzjonijiet li setghu jigu sollevati, izda ma gewx sollevati, fil-gudizzju precedenti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info