Reference: Volume 40A (1956), Part No. 1, Section 1, Page 204

Judgement Details


Date
25/05/1956
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
PAUL KOLUDROVICH vs CARMELO MUSCAT
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"ANIMUS NOVANDI" - ART. 1223(2), 1188, U 1222 (A) TAL-KODICI CIVILI - BOARD TAL-KERA - LOKAZZJONI - NOVAZZJONI - PROVA
Summary
In-novazzjoni hija wahda mill-modi ta' estinzjoni tal-obligazzjoni; u hemm novazzjoni oggettiva metassir obligazzjoni gdida li tigi sostitwita ghall-ohra pre-ezistenti, li b'hekk tigi estinta. U b'ligi espressa, in-novazzjoni ma tistax tigi prezunta, u l-"animus novandi" ghandu jirrizulta b'mod car u univoku. In-novazzjoni oggettiva tacita ghandha tirrizulta minn inkompatibbilita' bejn l-"id quod actum est" u l-eskluzjoni tal-volonta' li ssir novazzjoni; u ma hemmx novazzjoni jekk l-obligazzjoni antika ma tigix maqtula, imma semplicement modifikata; ghaliex billi ssir xi modifikazzjoni fi ftehim, ma tavverax ruhha novazzjoni bejn il-partijiet, jekk ma kienx hemm l-intenzjoni li ssir obligazzjoni gdida in sostituzzjoni ghall-antika, li tigi mill-partijiet imhassra. Mhux kull modifika, ghalhekk, iggib l-estinzjoni tal-obligazzjoni, billi l-partijiet jistghu jzidu jew inaqqsu xi haga minghajr ma tigi annullata l-obligazzjoni, bir-rizultat li tkun giet biss modifikata. Barra minn dan,in-novazzjoni trid tigi pruvata minn min jallegaha; u f'kaz ta' dubju ghandha tigi eskluza. Ghaldaqstant, jekk wiehed ikun jikri parti minn fond, u sussegwentement jiehu b'kiri parti ohra ta' l-istess fond, bil-fatt biss li l-kera taz-zewg partijiet jibda jithallas globalment u bi skadenza wahda ma jistax jinghad li saaret novazzjoni fis-sens li l-obligazzjoni l-antika, li kellha bhala oggett taghha parti wahda mil-fond, giet sostitwita b'ohra li kellha bhala oggett taghha z-zewg partijiet ta'dak il-fond.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info