Reference: Volume 41D (1957), Part No. 1, Section , Page 677

Judgement Details


Date
08/11/1957
Court
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Judiciary
HARDING WILLIAM, MONTANARO GAUCI A.J., CAMILLERI LUIGI A.
Parties
GIUSEPPE BORG vs EMMANUELE SIVE LINO AQUILINA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 513 TAL-KODICI CIVILI - ESTENSJONI - SERVITU'
Summary
Skond il-ligi, kull min ghandu jedd ta' servitu' ghandu jinqeda b'dan il-jedd skond it-titolu tieghu, u meta jkun hemm dubju dwar l-estensjoni tas-servitu', wiehed ghandu jinqeda billi titqies id-destinazzjoni li l-fond dominanti kellu fiz-zmien li giet stabbilita s-servitu' u l-uzu konvenjenti ta' dak il-fond, bl-anqas hsara tal-fond serventi. Ladarba s-servitu' tkun giet kostitwita b'titolu,hija l-volonta' tal-kontraent li tistabilixxi l-estenzjoni u tirregola l-ezercizzju taghha, u ghalhekk il-kwistjonijiet relativi ghal dik l-estensjoni ghandhom jigu rizoluti fuq l-interpretazzjoni lighandha tinghata lill-volonta' tal-kontraenti. Meta din il-volonta tirrizulta mill-att kostitutivtas-servitu' ghandha tigi rispettata u effettwata; u biss fid-dubju ghandu jintervjeni l-gudikant, li f'dan il-kaz ghandu jkun gwidat mill-ekwita', billi jikkoncilja lakbar vantagg tal-fond dominantima l-icken inkomodu tal-fond serventi. U ghalhekk il-kwistjonijiet relativi ghall-estensjoni u uzutas-servitu' jiddependu minn natura taghhom, mill-lokalita', mill-intenzjoni tal-partijiet, u minn cirkustanzi ohra li jistghu jirrizultaw. Meta ma jirrikorri ebda dubju dwar l-estensjoni tas-servitu' in kwistjoni, mhux, ghalhekk, il-kaz li tigi applikata d-dispozizzjoni tal-ligi fuq riferita, li tirregola kif wiehed ghandu jinqeda bid-dritt tieghu ta' servitu' u jekk mill-att kostitwit tas-servitu jidher li din giet kostitwita b'mod illimitat, ma hix attendibbli t-talba ta' sid il-fond serventi biex il-Qorti tistabilixxi l-modalitajiet relattivi ghall-estensjoni u ezercizzju ta' dik is-servitu'.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info