Reference: Volume 40A (1956), Part No. 1, Section 1, Page 80

Judgement Details


Date
16/03/1956
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
MARIA LOURDES BUGEJA (*) vs MARIA STELLA PSAILA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL - ART. 206 TAL-KAP. 15 - DEPUTAZZJONI TAL-LEGATI TAZ-ZWIEG - POVERTA' - PROVI - XHIEDA
Summary
Ghalkemm hu veru li d-Deputazzjoni tal-Legati taz-Zwieg hija Korp li fid-dritt amministrattiv modernjissejjah "a quasi-judicial body", b'dan kollu dik id-Deputazzjoni mhijiex wahda mill-Qrati tal-Gustizzja, u ghalhekk id-dispozizzjoni tal-ligi li tghid li ebda xhud li ma jkunx ngieb quddiem il-Qorti tal-Ewwel Grad ma jista' jingieb fl-appell mhix applikabbli ghal dik id-Deputazzjoni, ghax dik id-dispozizzjoni tapplika "expressis verbis" ghall-Qrati tal-Gustizzja. Ghalkemm il-procedura quddiemil-Qorti tal-Appell tal-Maesta' Taghha r-Regina mid-decizjonijiet tad-Deputazzjoni tal-Legati taz-Zwieg hija sostanzjalment appell mid-decizjoni tad-Deputazzjoni, eppure verament il-kwistjoni quddiemil-Qorti tal-Appell ma tkunx precizament l-istess bhal dik li okkupat lid-Deputazzjoni, ghax quddiemil-Qorti tal-Appell ma jkunx hemm il-konkorrenti kollha, u il-kwistjoni tkun jekk il-persuna pretiza gravata mid-decizjoni tad-Deputazzjoni ghandhiex titolu pozjuri minn dak tal-persuna eletta. U ghalhekk hu sewwa li l-kwistjoni tkun ampjament ventilata bil-provi kollha. U ankorke' wiehed kellu jhares lejn id-dispozizzjoni tal-ligi fuq imsemmija, ikun dejjem il-kaz tan-necessita' li jsiru l-provi kollha quddiem il-Qorti tal-Appell, peress li d-Deputazzjoni assumiet li l-konkorrenti kollha kienu fl-istess grad ta' poverta', u bbazat id-decizjoni taghha, ghalhekk, fuq il-kriterju tal-maggjoreta' tal-prossimjuri biss. Ghalhekk hu espedjenti li jigi ezaminat il-pont tal-poverta', u li ghal dan l-ezami jigu ammessi l-provi kollha, avvolja ma jkunux saru dawn il-provi quddiem id-Deputazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info