Referenza: Volum 40A (1956), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 201

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/05/1956
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI JOSEPH D., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
ANGELO CIANTAR vs CARMELO ATTARD ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Fil-Qosor
Sentenza tal-Board tal-Kera li tiddecidi li l-intimat ghandu titolu legittimu ta' lokazzjoni fuq il-fond fil-kwistjoni, billi s-sid precedenti tal-fond kien akkonsenta li fil-post jidhol l-intimat minflok l-inkwilin precedenti li kien ser jitlaq il-post, tirrizolvi kwistjoni ta' dritt; u ghalhekk dik is-sentenza hija appellabbli. Jekk is-sid kien qal lill-inkwilin precedenti li seta' jaghmel li jrid mil-post, meta dan mar qallu li ser jitlaq il-post u jdahhal minfloku lil hadd iehor, implicitament huwa akkonsenta ghat-trasferiment tal-lokazzjoni favur l-inkwilin li dahal f'lok dak li kien hemm qabel, avvolja ma jkunx sar diskors fuq iz-zmien u l-ammont tal-kera. Fl-assenza ta' ftehim xort'ohra, ghandu jiftihem li kellu jibqa' l-ammont ta' kera li kien ihallas l-inkwilin precedenti; fil-waqt li z-zmien huwa prezunt mill-ligi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni