Referenza: Volum 45B (1961), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 318

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/10/1961
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM, MONTANARO GAUCI A.J., MAMO ANTHONY J.
Partijiet
MARY DEBATTISTA vs GEORGE DEBATTISTA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 743 TAL-KAP. 15. - DOMICILJU - EMIGRAZZJONI - GURISDIZZJONI - RESIDENZA - SEPARAZZJONI PERSONALI - STENOGRAFU - XHIEDA - ZWIEG
Fil-Qosor
Skond id-Dritt Internazzjonali Privat ghall-kawzi ta' separazzjoni personali "ut sic" ghandhom gurisdizzjoni l-Qrati tan-nazzjonalita' jew domicilju tar-ragel fil-mument li tigi ntavolata l-kawza, anki jekk il-konvenut ma jkunx residenti entro tali gurisdizzjoni fil-mument li l-kawza tigi istitwita.Ghalaqstant, jekk mara tipproponi kawza ta' separazzjoni personali kontra zewgha, u fil-mument lihija tipprezenta c-citazzjoni relattiva zewgha kellu d-domicilju tieghu f'dawn il-Gzejjer, il-QratiTaghna ghandhom gurisdizzjoni biex jiehdu konjizzjoni ta' dik il-kawza. Bhala regola, jidher li huaffermat diversi drabi mill-Qrati Taghna l-principju illi l-Malti li jemigra avvolja jdum hafna, majitlefx id-domicilju tieghu tal-origini meta jkun mar ghax-xoghol, anki jekk jiehu l-familja tieghu,sakemm ma jkunx hemm provi precizi li huwa ma ghandux intenzjoni li jerga lura. Jekk minn dawn il-provi l-Qorti tkun soddisfatta li l-emigrant ma tilefx jew ma abbandunax id-domicilju tieghu tal-origini, ma hemmx ghalfejn jigi nvestigat jekk huwa tilefx dan id-domicilju u akkwista d-domicilju tal-origini meta rega lura f'dawn il-Gzejjer.Il-ligi tal-procedura trid illi d-depozizzjoni tax-xhud tigi lilu moqrija; u meta tigi mehuda bl-istenografu, it-traskrizzjoni tax-xhud ghandha tinqara lilu, ma' tul is-seduta jew wara, mir-Registratur, li ghandu jnizzel nota ta' dan il-qari fit-tarf tat-traskrizzjoni. Dan il-qari tax-xhieda mhuwiex xi formalita ozjusa jew accidentali izda ghandu l-akbarimportanza, biex jaccerta illi l-kontenut jirraprezenta tassew dak li qal u fehem ix-xhud, u x'riedjghid, jew fil-kaz li dan ma tkunx hekk, jaghtih l-opportunita' li jaghmel it-tibdil, korrezzjonijiet jew zidiet li jkunu mehtiega. Kwalunkwe nuqqas jew rilassazzjoni fl-osservanza tar-regoli stabbiliti mill-ligi huwa deplorevoli.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni