Reference: Volume 45B (1961), Part No. 1, Section 1, Page 389

Judgement Details


Date
27/11/1961
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING HUGH
Parties
MAGGUR ALFRED STAGNO NAVARRA vs NICOLA SALIBA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"MAIN ROAD USER" U "SIDE ROAD USER" - ASSIKURAZZJONI - KOLLIZJONI - TRAFFIKU
Summary
L-agent u rapprezentant ta' kumpannija tas-sigurta', li f'kawza dwar kollizjoni jintervjeni "in statu et terminis" fl-interess tal-kumapnnija, ma ghandux interess personali f'dik il-kawza. Anki bhalaterz interessat, dan l-interess mhux radikat fih f'ismu proprju, imma dejjem bhala rapprezentant tal-kumpannija. Ghaldaqstant, jekk hu jappella, u fin-nota tal-appell jindika li huwa qieghed jinterponi appell anki f'ismu propriju, hu ma ghandux interess fl-appell f'din il-kwalita'; imma jekk l-istess kwalita' ma jkunx irripetiha fil-petizzjoni tal-appell, ma hemmx lok ghal provvediment dwar danin-nuqqas ta' nteress, u dik l-indikazzjoni fin-nota tal-appell tkun semplicement indikazzjoni zejdali ma tiswa xejn. Is-"side road user" ghandu l-obligu li jcedi ghat-traffiku fuq il-"main road", li jesplora tajjeb il-"main road" qabel ma johrog fiha, u li jimxi "dead slow", u sahansitra li jwaqqaf, biex u sakemm jaccerta ruhu li jista' johrog bla hsara. Il-"main road user" ghandu wkoll l-obligu li joqghod attent fil-"cross roads", imma l-grad ta' diligenza li jinkombi lilu ferm anqas minn dak tas-"side road user", ghax hu ma jkunx qieghed jiddisturba l-kors tat-traffiku, imma jkun miexi fuq triq dritta. Driver li japplika l-"brakes" u jigbed ghall-lemin meta jkun fuq il-"main road" u jsib ruhu konfrontat f'daqqa wahda bl-emergenza subitanea ta' "side road user" li johrog f'salt u jissorprendieh, jaghmel iz-zewg manuvri li istintivament wiehed ghandu jistenna li jaghmel bhala azzjoni evaziva tal-kollizjoni. Jekk is-sentenza tal-Ewwel Qorti tkun akkollat ir-responsabbilta' tal-kollizjoni fuq id-driver konvenut, u dan ikun baqa' kontumaci, lanqas ma jkun deher fl-appell li taghmel il-kumpannija li maghha huwa kien assigurat, u l-Qorti tal-Appell issib sewwa dik is-sentenza, mahemmx lok li tigi kunsidrata l-eccezzjoni tal-attur danneggjat illi r-revoka jew ir-riforma tas-sentenza ma tiswa xejn lil dak id-driver ghax hu ma appellax, u kwindi li l-appell tal-kumpannija huwa inutili.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info