Reference: Volume 45B (1961), Part No. 1, Section , Page 308

Judgement Details


Date
13/10/1961
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM, MONTANARO GAUCI A.J., MAMO ANTHONY J.
Parties
MOSE' CACHIA vs CARMELO SCHEMBRI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"ALTERNATIVE ACCOMODATION" - APPELL - BOARD TAL-KERA - KWISTJONI TA' DRITT - LOKAZZJONI
Summary
Il-kwistjoni jekk is-"suitability" ta' fond offert bhala "alternative accomodation" tistghax tigi determinata merament billi l-fond offert jigi paragunat mal-fond attwalment okkupat mill-kerrej, jewpjuttost ghandhiex titqies oggettivament fiha nnfisha skond il-kriterji msemmijin fil-ligi, hija kwistjoni legali, li tirrendi appellabbli s-sentenza tal-Bord tal-Kera li tkun iddecidietha. In kwantu ghall-meritu tal-kwistjoni, kriterju simili mhuwiex legalment korrett. Meta l-bazi ghall-izgumbrament tal-kerrej hija l-"availability" tal-fond offert bhala "reasonably suitable" jehtieg li din l-"accomodation" tkun "reasonably suitable" fiha nnifisha, u mhux merament fil-konfront tad-dar okkupata. Is-semplici fatt illi l-"alternative accomodation" ma tkunx aghar mid-dar okkupata ma jirrendihiex "reasonably suitable", dejjem ghall-finijiet ta' din l-indagini; dak il-fatt jista jkun element li jitqies fl-ezami tal-"hardsip", izda dik hija indagni ohra. Dak li l-ligi tehtieg hu illi fl-apprezzament tal-Board, l-"alternative accomodation tkun ragjonevolment adatta ghall-kerrej u ghall-familja tieghu taht l-aspetti kollha li tikkuntempla l-ligi; jekk dan ma jkunx oggettivament il-kaz, allura t-talba tas-sid ghall-izgumbrament tal-kerrej ma tistghax tigi milqugha fuq "dik" il-bazi, immajehtieg isir il-paragun tal-"hardship" rispettiv tal-partijiet.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info