Referenza: Volum 45B (1961), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 372

Dettalji tas-Sentenza


Data
20/11/1961
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
ANTONIO VASSALLO ET. vs JOSEPH FALZON
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BOARD TAL-KERA - CESSJONI TA' AZJENDA - HANUT - LICENZA - LOKAZZJONI - SULLOKAZZJONI
Fil-Qosor
It-tidwir ta' licenza ta' hanut f'isem persuna ohra ma jimportax necessarjament cessjoni tal-inkwilinat relattiv ghal dak il-hanut favur dik il-persuna l-ohra. Jista' jkun veru illi azjenda kummercjali tikkomprendi wkoll il-licenza mehtiega ghall-ezercizzju tal-kummerc taghha, u li kwindi, meta jsir trasferiment tal-azjenda, jekk ma jkunx hemm xejn kuntrarju, dan jimporta trasferiment tal-licenza; imma l-propozizzjoni inversa ma ghandha ebda bazi ta' prezunzjoni. Ghax il-licenza ta' hanut isservi biex tiddetermina l-obligu tal-persuna li f'isimha tkun intestata l-licenza quddiem l-awtorita'kompetenti li tosserva r-regoli tal-ligi, izda ma tbiddelx ir-rapporti patrimonjali jew kontrattwalili jkunu jezistu bejn il-privati. L-intestatura tal-licenza ma tistghax tinnewtralizza l-provi rigwardanti l-proprijeta' tal-azjenda, u ghandha tigi meqjusa biss mill-aspett tal-individwalizzazzjonital-persuna responsabbli ghall-hlas tal-licenza u ghall-adempiment tal-ligijiet u tar-regolamenti tal-Pulizija. Konsegwentement, il-fatt li s-sid ta' hanut idawwar il-licenza tal-hanut f'isem persuna ohra ma jimportax necessarjament li huwa issulloka l-hanut lil dik il-persuna l-ohra, jew li cedielha l-azjenda ezercitata f'dak il-hanut, jekk ma jkunx hemm provi li juru li fil-fatt dan sar indipendentement mit-tidwir tal-licenza.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni