Reference: Volume 44A (1960), Part No. 1, Section 1, Page 7

Judgement Details


Date
08/01/1960
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
GERALDA SIVE GIGA FALZON PR. ET NE. vs CARMELO FALZON
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 528 U 531 TAL-KODICI CIVILI - CITAZZJONI - GODIMENT TAL-HAGA KOMUNI - KAWZALI - KONSORZJU
Summary
Kull komproprjetarju jista' jinqeda bil-haga komuni, basta mhux b'mod li ma jhallix lill-komproprjetarji l-ohra jinqdew biha skond id-drittijiet taghhom; u fin-nuqqas ta' ftehim bejniethom, il-Qorti taghti l-provvedimenti mehtiega sabiex tigi gawduta ahjar il-haga komuni. In linea ta' massima, ma hemmx bzonn ta' xi formola espressa u rigida biex tigi proposta domanda fic-citazzjoni; ghax il-ligima tipprojbix l-"equipollens"; ghaldaqstant, meta komproprjetarju ta' fond jesponi illi l-konvenut,komproprjetarju huwa wkoll tal-istess fond, qieghed jokkupa hu wahdu l-fond komuni, u jitlob li l-fond jinghata lilu, ma jistax jinghad li hemm nuqqas ta' kawzali fic-citazzjoni fis-sens li l-attur matalabx li l-Qorti taghti l-provvedimenti dwar l-ahjar godiment tal-fond; u jekk il-Qorti taghtieh parti biss, meta hu talab il-fond kollu, dan jista' jsir. Sakemm il-komproprjetarju jkun jgawdi pacifikament, bla oppozizzjoni tal-komproprjetarji l-ohra, u bla ftehim, allura, in massima, sakemm ma jigix kostitwit in mora, hu jista' jkun ezenti mill-hlas tal-kera ghall-imghoddi; u ma jistax jitqiesbhala ntruz fil-fond u bhala detentur tieghu minghajr titolu; imma dan ma jistax ifisser illi hu ghandu dritt ikompli juza l-fond komuni wahdu, bi pregudizzju tal-konsorti l-ohrajn u kontra l-volontataghhom. U ma hemm xejn fil-ligi li jimpedixxi lill-Qorti li, bhala mizura ntiza ghall-ahjar godiment tal-fond, taghmel divizjoni provvizjonali ta' dan il-godiment bhala haga distinta minn divizjonimaterjali tal-proprjeta' tal-istess fond; salv li l-Qorti tiehu dik il-mizuraq skond ix-xorta li tkun dipendenti mic-cirkustanzi partikulari tal-kaz. Mhix accettabbli l-allegazzjoni tal-komproprjetarju li jkun jokkupa l-fond wahdu fis-sens illi l-komproprjetarju li jkun jokkupa l-fond wahdu fis-sens illi l-komproprjetarju l-iehor; li jrid jiehu sehem mid-dgawdija tal-fond, gie bzonn ta' dik id-dgawdija htija tieghu; kif lanqas l-allegazzjoni li l-komproprjetarji l-iehor seta' jitlob li jiehu d-dgawdija ta' xi wiehed iehor minn dawn il-fondi l-ohra komuni; ghax il-komproprjetarju ghandu drittta' dgawdija fuq kull wiehed mill-fondi komuni, u kwindi anki minn dak li hu gawdut mill-konvenut.Kwantu ghall-ispejjez li jsiru biex il-fond jinqasam u jkun jista' jidgawda anki mill-komproprjetarju li jitlob dan is-sehem ta' dgawdija, ghalkemm b'dik l-ispiza hu ser jigi akkomodat, pero' dik l-ispiza hija l-effett tal-provvediment li bih jigi sistemat il-godiment komuni fl-interess tal-konsortili ma jaqblux; u ghalhekk huwa gust li dik l-ispiza ssir in komun.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info