Referenza: Volum 43E (1959), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 1114

Dettalji tas-Sentenza


Data
18/07/1959
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
FLORES JOSEPH
Partijiet
IL-PULIZIJA vs GERALD CASSAR
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 222 U 353(D) TAL-KODICI KRIMINALI - ATTENTAT VJOLENT GHALL-PUDUR - MOLESTJA - OLTRAGG - TENTATTIV
Fil-Qosor
L-attentat vjolent ghall-pudur, jew oltragg vjolent ghall-pudur, hu kostitwit minn dawk l-attijiet impudici kollha li jigu kommessi fuq persuna ohra kontra l-volonta' taghha li ma jammontawx ghal wiehed mid-delitti, ikkunsmat jew attentat, imsemmijin fl-artikoli ta' qabel dak numru 222 tal-Kodici Kriminali. Hu difficli tirraviza l-figura ta' tentattiv ta' dan ir-reat; ghax jekk l-attijiet impudici ghandhom ga bidu, l-attentat jispicca u dawk l-attijiet jirrapprezentaw vjolazzjoni ga kompleta tad-dritt attakkat, minghajr ma hemm bzonn li wiehed jara jekk il-hati rraggungiex jew le l-iskop impudiku tieghu; mentri jekk l-atti impudici ma jkollhomx bidu, allura jitqiesu biss bhala atti preparatorji, u l-attentat jisparixxi. Fil-kas prezenti, il-Qorti rriteniet illi l-atti attribwiti lill-imputat ma kienux jammontaw ghal attentat vjolent tal-pudur, u lanqas ghal tentattiv ta' dak ir-reat, imma kienu jammontaw ghal molestja u "vie di fatto".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni