Reference: Volume 37B (1953), Part No. 1, Section 1, Page 350

Judgement Details


Date
30/11/1953
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
CARMELA FARRUGIA vs GIUSEPPE FAR
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
AKKWIST TA' STABILI FL-INTERESS TA' HADD IEHOR - ART. 1277 (1) U ART. 1959 (2) TAL-KODICI CIVILI - BEJGH - MANDAT
Summary
Meta wiehed jixtri, jew jakkwista bi kwalunkwe titolu li jkun, fond fl-interess ta' hadd iehor, u dan bis-sahha ta' mandat li dik il-persuna l-ohra tkun taghtu ghal dan l-iskop, il-fond hekk akkwistatminn dak il-mandatarju jsir tal-mandant minn dak il-mument stess, avvolja l-mandatarju jkun ghamell-akkwist tal-fond fl-isem tieghu proprju u fl-att ma jkun issemma xejn li l-fond qieghed jinxtara fl-interess tal-mandant. Il-mandant moghti ghal dan l-iskop ma ghandux bzonn jinghata bil-miktub, avvolja ghandu bhala oggett tieghu l-akkwist ta' stabili; ghax mandat simili ma jimplikax da parti tal-mandatarju li jittrasferixxi l-fond lill-mandant wara li huwa jkun akkwistah fl-interess tal-mandant u bis-sahha tal-mandat. U dak il-mandatarju jista' jigi kostrett ghall-ezekuzzjoni specifika ta'l-obligu tieghu li jittrasferixxi l-fond lill-mandant; u mhux il-kaz li jigi ritenut li l-mandatarjuhuwa inadempjenti, ghax akkwista l-fond f'ismu u mhux f'isem il-mandanti, u li ghalhekk huwa jista'jigi biss azzjonat ghad-danni, u mhux ukoll ghall-ezekuzzjoni specifika. U biex il-mandant jezigigudizzjarjament din l-ezekuzzjoni specifika ma hux mehtieg li huwa jimpunja l-att ta' l-akkwist; imma huwa bizzejjed li huwa jipprova li l-akkwirent tal-fond, meta deher fuq l-att ta' l-akkwist, kienqieghed jidher u jikkuntratta fl-interess tal-mandanti, ghalkemm ghamel kollox f'ismu proprju.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info