Reference: Volume 37B (1953), Part No. 1, Section 1, Page 383

Judgement Details


Date
30/11/1953
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
PAUL GAUCI vs EMMANUELE GRECH
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"ALTERNATIVE ACCOMODATION" - "DWELLING HOUSE" - APPELL - ART. 10 TAL-KAP. 109. - BOARD TAL-KERA - LOKAZZJONI
Summary
Sentenza tal-Board tal-Kera li ssostni li, biex tasal ghall-konkluzjoni fuq l-adattabilita' tal-postoffert bhala "alternative accomodation", kellha tiehu in konsiderazzjoni l-estensjoni tieghu anki in rigward ghall-kumditajiet rikjesti mill-inkwilin biex jezercita l-mestjer tieghu, tinvolvi u tirrizolvi kwistjoni ta' dritt; u ghalhekk dik is-sentenza hija appellabili. Il-fatt li post jigi mikrighall-abitazzjoni ("dwelling house") ma jfisserx li ghandu jservi biss ghall-irqad u fejn wiehed jiekol. Jekk l-inkwilin ikun jezercita l-arti tieghu fil-post, u ghalhekk ikollu bzonn ta' studju u ta' ambjent separat ghal dan l-ezercizzju, din ic-cirkustanza ghandha tittiehed in konsiderazzjoni fil-valutazzjoni tas-"suitability" dwar l-"extent" tal-post offert bhala "alternative accomodation". Meta l-Qorti ta' l-Appell tikkonferma l-fehma tal-Board fuq il-pont ta' dritt, allura tkun "functa officio", u ma jkunx hemm lok li jigu ezaminati kwistjonijiet ta' fatt, billi fuq apprezzament ta' fatti d-decizjoni tal-Board hija insindakabili. ghall-kuntrarju, meta l-Qorti ta' l-Appell ma taqbelxmal-Board dwar il-kwistjoni ta' dritt, allura, jekk ikun hemm kwistjonijiet ta' fatt li, bhala konsegwenza tal-pont tad-dritt diversament rizolut tabilfors ikollhom jigu riezaminati ghad-definizzjonital-kawza, l-appell fuq il-pont ta' dritt isir devolutiv tal-kwistjonijiet kollha konsegwenzjali, komprizi dawk ta' fatt.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info