Referenza: Volum 37B (1953), Parti Nru. 1, Taqsima 2, Paġna 486

Dettalji tas-Sentenza


Data
18/05/1953
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM, MONTANARO GAUCI A.J., CAMILLERI LUIGI A.
Partijiet
ALFRED TONNA vs AMABILE DIMECH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 175 TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - ATTI GUDIZZJARJI - CITAZZJONI - KORREZZJONI
Fil-Qosor
Il-Qorti tista', f'kull waqt tal-kawza qabel is-sentenza, tordna jew tippermetti tibdil fl-iskrittura li ma jkunx ibiddel fis-sustanza l-azzjoni jew l-eccezzjoni. F'kaz prezeni, l-attur talab fic-citazzjoni li kull ipoteka inskritta fir-Registru Pubbliku kontra d-debitur konvenut tigi dikjarata ineffikaci. Id-debitur u l-kreditur li a favur tieghu kienu veljanti dawk l-inskrizzjonijiet, konvenutukoll fil-kawza, issollevaw l-eccezzjoni li l-gudizzju ma kienx integru, ghax messhom gew imharrkinil-kredituri kollha tad-debitur. L-attur talab il-korrezzjoni tac-citazzjoni billi jizdiedu kliemli jillimitaw it-talba ghall-ipoteki li kienu jirriferixxu ghall-kreditur konvenut; u l-Ewwel Qorticahdet it-talba ghall-korrezzjoni, fuq il-motiv li t-tibdil mitlub kien jelimina ghal kollox l-eccezzjoni sollevata. Il-Qorti ta' l-Appell, pero', irriteniet li mit-termini tac-citazzjoni kien jidhercar li l-ipoteki li halihom kienet tirriferixxi d-domanda kontenuta fic-citazzjoni kienu dawk li kienu jirrigwardaw lill-kreditur konvenut biss, u ghalhekk l-aggunta mitluba kienet pjuttost isservi bhala kjarifikazzjoni ta' dik il-limitazzjoni; u ghalhekk, prevja revoka tad-digriet li kien cahad it-talba ghall-korrezzjoni mitluba, il-Qorti ta' l-Appell ippermettiet li ssir dik il-korrezzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni