Reference: Volume 35A (1951), Part No. 1, Section 2, Page 281

Judgement Details


Date
25/06/1951
Court
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Judiciary
BORG GORG, CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J.
Parties
WILFRED MIGGIANI NE. vs JOSEPH ZAMMIT NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"PORT LABOURERS" - "STEVEDORES" - ART. 4 TAL-KAP. 158 - NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN NRU. 395 TA' L-1947 - TARIFFA
Summary
Id-drittijiet li jmissu lill-istivaturi u lill-haddiema tal-port skond it-tariffa stabbilita mill-ligi ma jistghux jigu mnaqqsa, la bi ftehim individwali u lanqas bi ftehim kollettiv. Din id-dispozizzjoni tal-ligi ma hix intiza biss biex ikollha effett fir-relazzjonijiet bejn l-istivaturi u l-haddiema tal-port minn naha u l-"foreman" taghhom mill-ohra; ghax l-istivaturi u l-haddiema tal-port ghandhom jircievu l-hlas taghhom skond it-tariffa preskritta minghajr ebda tnaqqis sew ghas-servizzi tal-"foreman" taghhom kemm ghal xi kawza ohra. Huwa veru li l-ligi tistabbilixxi tariffa ghall-istivaturi u tariffa ghall-haddiema tal-port, u illi l-"port labourers" ma jistghux, fl-istess hin li jkunujahdmu bhala tali, jaghmlu x-xoghol ta' "stevedores", biex klassi wahda ma tinvadix l-isfera tal-klassi l-ohra. Imma ma hemm ebda ostakolu legali li l-"port labourers" jaghmlu x-xoghol ta' li "stevedores", u jithallsu barrani ta' dak ix-xoghol ta' "stevedores", meta huma ma jkunux hekk hadmu minnrajhom, imma ghax imqabbdin wara awtorizzazzjoni espressa tal-persuna kompetenti minhabba l-bzonnijiet tal-mument, bhal meta ma jkunx hemm stivaturi biex jahdmu, u x-xoghol ta' dawn ikun hemm bzonn lijsir minn hadd iehor biex ix-xoghol tal-port ma jieqafx.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info