Reference: Volume 35A (1951), Part No. 1, Section 1, Page 238

Judgement Details


Date
10/12/1951
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
BORG GORG, CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J.
Parties
ANTHONY CASSAR NE. vs ONOR. DR. ENRICO MIZZI NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 2, 6 U 9 TA' L-ATT XXXVIII TA' L-1948 - BOARD TA' KONCILJAZZJONI - INTERPRETAZZJONI - NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN NRU. 152 TA' L-1949 - TRIBUNAL TA' L-ARBITRAGG - XHIEDA
Summary
Is-setgha moghtija lill-Gvernatur fil-Kunsill bis-sahha ta' l-Att ta' l-1948 dwar il-Konciljazzjoniu l-Arbitragg, li jaghmel regolamenti biex jirregolaw l-ghamla u l-procedura li ghandu jsegwi l-Board ta' Konciljazzjoni, ma ggibx is-setgha li titbiddel il-linja generali u n-natura tal-procedura stabbilita espressament minn dak l-Att; u l-Gvernatur fil-Kunsill ma jistax, b'regolamenti, jaghti direttivi diversi minn dawk moghtija fl-Att, u lanqas jista' jaghti setghat akbar minn dawk li jaghti l-Att stess. Skond dak l-Att il-funzjoni tal-Board tal-Konciljazzjoni hija dik li jfittex li tinqata'bi ftehim kwistjoni ta' xoghol li tkun tezisti jew li jkun hemm biza li tista' tinqala'; u dan billi jistharreg u jistabbilixxi l-kawzi u c-cirkustanzi tal-kwistjoni, jew billi jistudja l-kawzi u c-cirkustanzi tal-kwistjoni li jkunu ga stabbiliti minn qabel. Dan ifisser illi l-Board tal-Konciljazzjoni ghandu jfittex li jasal biex igib il-ftehim bil-perswazjoni u l-kuntentizza tal-partijiet, u mhux billi jimponi d-decizjoni tieghu fuq il-partijiet. Ghall-impozizzjoni l-Att jipprovdi bit-Tribunal ta' l-Arbitragg. Meta l-Board ta' Konciljazzjoni jkollu jistharreg il-kawzi u c-cirkustanzi tal-kwistjoni, ghandu jaghmel din l-istharriga "billi jikkomunika mal-partijiet". Din il-frazi ghandhatigi interpretata fis-sens li dak il-Board ma jistax jisma' xhieda barranin ghall-kwistjoni u jaghtihom il-gurament. U ghalhekk dak il-Board ma jistax johrog ingunzjoni lil persuni li ma ghandhomx x'jaqsmu mal-kwistjoni li tkun quddiem il-Board ta' Konciljazzjoni biex jidhru bhala xhieda quddiemu ujaghtu taghrif bil-gurament; u l-ingunzjoni hekk mahruga minn dak il-Board hija nulla u bla effett.Ghax ghalkemm ir-Regolamenti mahruga bin-Notifikazzjoni tal-Gvern nru. 152 ta' l-1949 il-Gvernaturfil-Kunsill ta lil dak il-Board is-setgha li jsejjah xhieda barranin, ir-regolament li bih giet moghtija dik is-setgha ma jiswiex; ghax huwa "ultra vires".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info