Referenza: Volum 39B (1955), Parti Nru. 1, Taqsima 2, Paġna 361

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/02/1955
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
EDWARD SIVE EDDIE LEONE NE. vs ANTONIO BORG NE. ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 389 U 390 TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - DOKUMENTI - IMPUTAZZJONI - KONTIJIET - LIKWIDAZZJONI
Fil-Qosor
Skond il-gurisprudenza kostanti, il-forma preskritta mill-Ligi tal-Procedura ghar-rendiment tal-kontijiet ma hix "di rigore"; basta fil-kont ma jkunx hemm dizordni tali li jirrendi impossibbli d-diskussjoni tal-kont. Lanqas il-fatt li l-kont ma jkunx akkompanjat mid-dokumenti gustifikativi ma hu ta' riliev. Anki jekk jigi allegat li fil-kont hemm xi partiti ammessi, il-kont ghandu jitqies bhalamoghti ghall-finijiet tal-ligi. Salva l-impunjazzjoni tieghu. Ghaldaqstant, jekk bejn tnejn minn nies kien hemm diversi operazzjonijiet kummercjali, u wiehed minnhom, mitlub mill-iehor, jirrendi kont ta' dawk l-operazzjonijiet, u dan il-kont, ghalkemm mhux redatt proprju fil-forma preskritta mill-ligi, huwa redott b'mod li jista' jigi diskuss u kritikat, il-parti l-ohra li tkun trid tikkritika dak il-kont ghandha tezercita l-azzjoni ta' impunjazzjoni tal-kont, u mhux dik ta' likwidazzjoni ta'dawk l-operazzjonijiet kummercjali li kien hemm bejn dawk it-tnejn minn nies. Anki kieku l-kont magiex moghti, l-azzjoni ma tista' qatt tkun dik ta' likwidazzjoni, imma dik ghall-ghoti tal-kont.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni