Referenza: Volum 39B (1955), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 228

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/06/1955
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
ONOR. EDGAR CUSHIERI, O.B.E., NE. ET. vs PERIT JOSEPH ZAMMIT BONETT, B.E.&A.,A.C.E., ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"WAR DAMAGE COMMISSION" - APPELL - DIGRIET INTERLOKUTORJU - NOMINA TA' PERIT - PROVA - SENTENZA - SPEJJEZ GUDIZZJARJI
Fil-Qosor
Pronuncjament li bih il-Qorti tinnomina perit huwa ta' indoli istruttorja u jirrigwarda biss l-ammissibilita' tal-prova permezz ta' dik in-nomina; ghaldaqstant pronuncjament simili huwa digriet nterlokutorju, u mhux sentenza definittiva, u l-appell maghmul minn dak il-prnuncjament hu maghmul sewwa meta sar permezz ta' rikors, u mhux bil-procedura tan-nota u l-petizzjoni. Il-fatt li dak il-pronuncjament ikun ghamel rizerva dwar il-kap ta' l-ispejjez ikompli juri li dak il-pronuncjament huwa bissdigriet interlokutorju. Huwa veru li, barra mill-kazijiet specifikati fil-ligi, d-decizjonijiet tal-War Damage Commission huwa insindakabili, lanqas mill-Qrati. Izda dan hu minnu sakemm dik il-Kummissjoni tezercita l-poteri taghha legalment fi-sustanza u fil-forma u skond ir-regoli tal-gustizzjanaturali; b'mod li decizjoni ta' dik il-Kummissjoni ssir sindakabili meta dawk il-limiti ma jigux osservati. Ghaldaqstant, il-Qorti tista' tinnomina perit biex jirrelata jekk il-Kummissjoni fid-decizjoni taghha tkunx segwiet dawk il-kriterji traccjati u mposti mill-ligi, specjalment meta dik in-nmina ssir minghajr preguddizzju ta' l-insindakabilia' tad-decizjoni tal-Kummissjoni fil-kaz li jigi accertat li fid-decizjoni tal-Kummissjoni ma hemmx vjolazzjoni tal-ligi. U l-Qorti ta' l-Appell, skond gurisprdenza kostanti u pacifika taghha, ma tindahalx fid-diskrezzjoni tal-Qorti ta' l-Ewwel Istanza f'kull ma jirrigwarda r-regolamnt tal-provi, sakemm ma jkunx xi kaz ta' vjolazzjoni tal-ligi uta' prgudizzju sostanzjali ghal xi hadd mill-kontendenti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni