Reference: Volume 37A (1953), Part No. 1, Section 1, Page 159

Judgement Details


Date
04/05/1953
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
KURUNELL STEPHEN J. BORG NE. vs GUSTAVO ROMEO VINCENTI, A.L.C.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL - ART. 1510 (1) (B) U 1511(1) U 1508 TAL-KODICI CIVILI, U ART. 792 (C) TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - KOMUNJONI TA' L-AKKWISTI - KONSANGWINEITA' - NULLITA' - PROVA - RETRATT - SENTENZA - SIMULAZZJONI - STENOGRAFU - XHIEDA
Summary
Il-jedd ta' l-irkupru bit-titolu tal-konsangwineita' hu moghti lill-qraba tal-bejjiegh bid-demm; imma ma jikkompetix lill-qarib bid-demm hlief meta l-fond mibjugh kien ta' axxendent komuni sew tieghukemm tal-bejjiegh, u meta, minn mindu kien ta' dak l-axxendent u sal-bejgh li ta' lok ghall-irkupruma gie qatt trasferut lil persuna li ma kienetx niezlu minn dak l-axxendent. Mhux bizzejjed li l-persunali lilha jkun gie trasferit il-fond f'dak l-intervall ma tkunx barranija ghall-familja, imma humehtieg li dik il-persuna, anki jekk mhux barranija, tkun niezla minn dak l-axxendent. Jekk it-trasferiment ikun sar lil mara mizzewga wehidha, u mhux unitament ma' zewgha, it-trasferiment, ghalkemm ikun sar fil-kors taz-zwieg, u jkun ghalhekk dahal fil-komunjoni ta' l-akkwisti, jibqa' dejjem lisar lil mara li ma hix niezla mill-axxendent; u hekk, meta fl-intervall fuq imsemmi l-fond ikun gietrasferit lill-mara li ma hix niezla mill-axxendent; u ghalhekk, meta fl-intervall fuq imsemmi l-fond ikun gie trasferit lill-mara mizzewga, anki fil-kors taz-zwieg, imma mhux flimkien ma' zewgha, ikun hemm, ghall-ezercizzju tad-dritt ta' rkupru bid-demm, l-ostakolu tat-trasferiment tal-fond lil persuna li mhix niezla mill-axxendent komuni. Ir-rigur tal-ligi li tipprojbpixxi l-ezercizzju tar-retratt ghall-komodu ta' hadd iehor jinsab il-lum temperat fis-sens illi min jezercta r-retratt gentilizju ma huwiex obligat izomm ghalih il-fond irkuprat, imma jista' jiddisponi minnu bi profitt wara litkun saritlu r-rivendizzjoni tieghu; u dan anki jekk il-hsieb tieghu kien dan minn qabel ma ezercital-irkupru. Imma jekk huwa jkun gie ftiehem minn qabel ma' hadd iehor li ghandu jittrasferilu l-fond, allura jkun hemm in-nullita' ta' l-irkupru. Is-simulazzjoni fil-materja ma hemmx bzonn tirrizulta minn provi diretti, imma huma bizzejjed indizji, li pero' jkunu tali li jirradikaw fl-animu tal-gudikant il-konvinzjoni morali illi l-irkupru gie ezercitat mhux fl-interess tar-retraent, imma ta' persuna ohra. Sentenza ma hix nulla ghas-semplici motiv illi d-depozizzjoni ta' xhud mehuda bl-istenografu ma gietx moqrija lix-xhud wara t-traskrizzjoni taghha, u lanqas iffirmata minnu jew mir-Registratur. Dak il-fatt jista' biss iffisser illi s-sentenza tkun hadet konsiderazzjoni ta' element probatorju li ma messux gie mehud in konsiderazzjoni. Dan mhux wiehed mill-kazijiet li fihom il-ligi tippermetti li tigi sollevata n-nullita' tas-sentenza. Barra minn dan, dik il-vjolazzjoni hija rimedjabili billi x-xhud jerga' jissejjah.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info