Reference: Volume 39E (1955), Part No. 4, Section , Page 1077

Judgement Details


Date
25/06/1955
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs ANTONIO GRECH
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 42, 221 U 222 TAL-KODICI KRIMINALI - KONGUNGIMENT KARNALI KONTRA NATURA - KORRUZZJONI TA' MINORENNI - TENTATTIV
Summary
F'materja ta' korruzzjoni ta' minorenni u ta' tentattiv ta' kongungiment karnali kontra natura, ma hux accettabbli l-argument li, ghax il-ligi fid-delitti karnali tikkuntenta bil-bidu tal-kongungiment, u l-Magistrat ikun eskluda l-bidu tal-kongungiment, u t-tentattiv jikkonsisti fil-bidu tal-ezekuzzjoni, allura, jekk ma hemmx bidu ta' kongungiment, ma hemmx lanqas bidu ta' ezekuzzjoni, u kwindi mahemmx tentattiv ta' kongungiment karnali, imma hemm hiss att libidinuz li jammenta ghal att korruttur li hu rinunzjabbli mill-parti leza. Ghax ghandha ssir distinzjoni bejn l-espressjoni "bidu tal-kongungiment" uzata fl-artikolu li jikkontempla dan ir-reat u l-espressjoni "bidu tal-ezekuzzjoni" uzata fejn il-ligi titkellem fuq ir-reat tentat. Jista' jkun hemm attijiet li legalment jammontaw ghal bidu ta' ezekuzzjoni tad-delitt ta' kongungiment karnali kontra natura bla ma jkun hemm materjalment bidu tal-kongungiment mill-lat fiziku. L-attijiet li jikkostitwixxu bidu ta' ezekuzzjoni, ghall-finijiet tat-tentattiv, huma dawk "univoci"; u univoci ghandhom jitqiesu l-attijiet kommessi mis-suggett attiv, meta dawn ma juruwx hag'ohra hlief li hu pprova jikkongungi ruhu pederastikament mas-suggett passiv, u ma rnexxielux ghax dan irrezista. Ghall-finijiet tat-tentattiv, dan il-grad ta' univocita' jista' jigi raggunt bla ma jkun hemm bidu tal-kongungiment. Anki qabel ma s-suggett attiv jasal ghall-bidu tal-kongungiment, l-attijiet tieghu jistghu jikkonfiguraw, bl-univocita' taghhom, il-bidu tal-ezekuzzjoni, li jirradika t-tentattiv. Del resto, kwistjoni simili fl-istat tal-ligi taghna jista' jinghad li hi meru dottrinalismu; ghax lok ghal tentattiv fil-kazi kongruwi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info