Reference: Volume 33D (1947), Part No. 2, Section , Page 116

Judgement Details


Date
13/10/1947
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CAMILLERI ALBERT V.
Parties
SAVERIO DEGABRIELE vs SALVINO MIZZI NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"EMERGENCY POWERS (COLONIAL DEFENCE) ORDER-IN-COUNCIL, 1939" - "PRESS NOTICE" - "REQUISITION ORDER" - ATTI "JURE IMPERII" - EMERGENCY POWERS (DEFENCE) ACT, 1939" - HOUSING COMMISSIONER - NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN NRU. 380 TA' L-1939 U NRU. 158 TA' L-1945
Summary
Meta bin-Notifikazzjoni tal-Gvern nru. 380 ta' l-1939 il-Gvernatur innomina lill-Lieutenant-Governorbhala Awtorita' Kompetenti fir-ram civili, u tah anki l-fakolta' li jiddelega minfloku awtoritajietohra, huwa ma mexiex "ultra vires"; ghaldaqstant, meta l-Lieutenant-Governor bil-Government Noticenru 158 ta' l-1945 hatar lill-Housing Commissioner' ghax-xoghol lilu assenjat, dik in-nomina kienetvalida u mhux "ultra vires". Lil Housing Commissioner gew moghtija poteri ezekutivi, u mhux gudizzjali jew kwazi-gudizzjali; u ghalhekk l-ordnijiet mahruga minnu huma atti "jure imperii", li ma jistghux jigu sindakati mill-qrati ghal dak li jirrigwarda l-opportunita taghhom. Ghax il-provvedimentiamministrattivi mhumiex soggetti ghas-sindakat tal-qrati meta jidhlu fl-attribuzzjonijiet ta' l-awtorita' li temanahom u jigu maghmula skond il-forma stabbilita mill-ligi, li ghandha tigi osservata.Il-"Press Notice" hija sempliciment direttiva, jew espressjoni generali tal-"policy" li normalmenttkun sejra tigi segwita mill-awtorita' li temanaha. Imma l-Press Notices ma humiex ligijiet ta' indoli cirkolanti, u ma jistghux ikunu inkonciljabbli mad-diskrezzjoni assoluta moghtija lill-awtorita' li tohrog il-Press Notice. Ghaldaqstant, ghalkemm il-Housing Commissioner ikun ifisser il-"policy" tieghu bi Press Notice, dana ma jfisserx li jekk f'xi kaz partikolari jhoss li ghandu jiddipartixxi mill-"policy" hekk imfissra huwa ma jkunx jista' jaghmlu; ghax huwa mhux cinkolat bil-Press Noticeli , billi ma hix ligi pozittiva, ma tistax taghti lok ghal drittijiet kweziti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info