Reference: Volume 81 (1997), Part No. 4, Section , Page 225

Judgement Details


Date
07/07/1997
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs GRAZIO SPITERI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DANGEROUS DRUGS ORDINANCE - MULTA - NUQQAS TA' VOLONTA' - SOKOR
Summary
Kwalsiasi impuls, qawwi kemm hu qawwi, dovut ghall-krizi ta' astinenza biex wiehed jiehu d-droga, majikkwalifikax bhala forza barranija ai termini ta' l-artikolu 33 (b). Kwantu ghall-artikolu 34 (4), persuna li jkollha l-vizzju tad-droga u li allura taf, jew messha ragonevolment tkun taf, li metatkun fi stat ta' astinenza jkollha impulsi qawwija biex taghmel certi affarijiet - bhal takkwista d-droga, tamministraha, jew tisraq biex tista' takkwista d-droga, ecc - u li ma taghmel xejn b'serjeta' u b'konsistenza meta ma tkunx fi krizi ta' astinenza biex tevita jew tipprevejeni tali krizi, talipersuna ma tistax tinvoka l-iskriminanti tan-nuqqas ta' intenzjoni minhabba li fil-mument tal-kommissjoni tal-fatt il-volonta' taghha kienet sopraffatta kompletament minhabba dik il-krizi. Tali persuna tkun qieghda semplicement tanticipa l-kommissjoni da parti taghha stess ta' atti li jiksru l-ligi u tkun qed tpoggi lilha nnifsha volontarjament f'sitwazzjoni li tiffacilita l-kommissjoni ta' dawkir-reati; b'mod ghalhekk li jista' jinghad li japplika analogikament il-principju qui facit per alium facit per se. U dan apparti li hu ferm dibattibbli kemm jista' jinghad li, fil-kaz konkret li jkun, il-persuna li tkun fi krizi ta' astinenza tkun priva kompletament mill-volonta' taghha (b'mod liwiehed jista' jghid li dik il-persuna ma kelliex ghazla), jew jekk il-persuna setghetx, imqar jekkbi sforz, teghleb l-impuls intern u ma tikkommettix l-att li jammonta ghal reat. Dibattibbli ukollhu il-punt jekk jistax jinghad li persuna li tkun qieghda fi krizi ta' astinenza hi fi stat ta' intossikazzjoni, ossia fi stat ta' sokor, minhabba d-droga, jew jekk l-istat ta' astinenza jammontax proprju ghall-oppost, cjoe' ghal nuqqas ta' intossikazzjoni - Skond l-artikolu 28 (1) tal-Kodici Kriminali l-multa, peress li hi piena anqas gravi minn dik ta' prigunerija, ghandha tigi skontata ("tibdaghaddejja") minnufih wara l-piena ta' prigunerija u mhux f'xi hin waqt dik il-piena.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info