Reference: Volume 75 (1991), Part No. 1, Section 1, Page 106

Judgement Details


Date
05/04/1991
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
MIFSUD BONNICI GIUSEPPE, HERRERA JOSEPH A., AGIUS CARMEL A.
Parties
TONIO VELLA vs KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA U SUPRINTENDENT CARMELO BONELLO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ARREST ILLEGALI - DEGRADANTI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM - GURISDIZZJONI KOSTITUZZJONALI - KONVENZJONI EWROPEJA - KOSTITUZZJONI - PERKWIZIZZJONI FI PROPRJETA` - PROCEDURA TA` ARREST - TORTURA - TRATTAMENT INUMAN
Summary
Ir-rikorrent gie arrestat ghal madwar 46 siegha, u saritlu tfittxija f'daru. Hu talab lil din il-Qorti tiddikjara li l-arrest ta` l-esponent fuq ordnijiet ta` l-intimati sar bi vjolazzjoni ta` artikolu 34(1) (2) u artikolu 38 tal-Kostituzzjoni; li t-tfittxija fuq ordnijiet ta` l-intimati saret bi vjolazzjoni ta` artikolu 38(1) (2) u artikolu 28 tal-Kositutzzjoni; li t-tfittxija fuq ordnijiet t` l-intimati saret bi vjolazzjoi ta` artikolu 38(1) (2) tal-Kositutzzjoni; li l-intimati huma hatja ta`trattament inuman u degrdanti fil-konfront ta` l-esponenet bi vjolazzjoni ta` artikolu 36 tal-Kostituzzjoni; tohrog dawk l-ordnijiet biex jigu rimedjati dawn il-vjolazzjonijiet tal-jeddijiet fundamentali tal-esponent. L-intimti ssottomettew li din il-Qorti m'ghandhiex tiehu konjizzjoni tal-kaz ghax ir-rikorrent kellu ghad-disposizzjoni teighu taht il-ligi ordinarja mezzi xieraq w adegwati ta` rimedji ghall-lanjanzi tieghu. L-ewwel qorti qalet li minn ezami akkurat tas-subincizi (1) u (2) ta` l-imsemmi artikolu 46 jidhher car li l-legislatur ma ridx lijistabbilixxi bhala prinicpju assolut fil-ligi kostituzzjonali taghna li qabel ma persuna tadixxi lil din il-Qorti fil-gurisdizzjoni kosittuzzjonali taghha ghandha dejjem u tassattivament tesawrixxi r-rimedji kollha disponibbli taht il=ligiordinarja, inkluzi dawk ir-rimedji kollha disponibbli taht il-ligi ordianrja, inkluzi dawk ir-rimedji li ma jkunux ragonevolment mistennija li jipprovdu effettivita`. Gahlhekk dinit-talba giet respinta, ghax fl-isfond tac-cirkostanzi kollha tal-kaz din il-Qrti ma kellhiex tirrifjuta li tezercita l-gurisdizzjoni konstituzzjonali taghha. L-ewwel Qorti kkunsidrat fid-dettal u separateament it-tlett lanjanzi tar-rikorrent: Ksur ta` l-artikolu 38(1) u (2) tal-Kostituzzjoni - Dan l-artikolu jistabilixxi li hlief bil-kunsesn teighu stess hadd ma ghandu jigi assoggettat gaht0tfittix fuq propjeta`teighu jew ghad-dhul minn ohrajn fil-post teighu, apparti fil-kazijiet li jissemmew fl-istess artikolu. Skond l-artikolu 352 (tal-Kodici Kriminali), "l-ufficjal tal-pulizija esekuttiva nkarigat mill-arrest jew mill-perkwizizzjoni, ghandu jghaarraf lill-perusna suggetta ghall-arrest jew ghall-perkwizizzjoni, meta tkun hemm, bis-setgha tieghu w bir-raguni ta` l-arrest jew tal-perkwizizzjoni r-rikorrent ma kien prezenti u ghalhekk is-suprintendent ma setax igharrfu bil-gahn tat-tfittixija. Ghalhekk l-ewwel Qorti waslet ghall-konkluzjoni li l-perkwizizzjoni in kwistjoni, saret skond l-Awtorita` win termini tad-disposizzjonijiet relativi tal-Kodici Kriminali. KOnsegwentement, skond l-imsemmi artikolu 47 (7) ma tista` qatt titqies li saret bi ksur ta` l-artikolu 38(1) u (2) kif allega r-rikorrent. Ksur ta` Artikolu 34 (1) u (2) tal-Kostituzzjoni - Ir-rikorrent sosna li sar ksur ta` Artikolu 34 (1) (f) tal-Kositutzzjoni ghaliex il-pulizija ma kellhiex awtorita` li tarrestah peress li dinma kellhiex awtorita` li tarrestah peress li din ma kellhiex "suspett ragonevoli li huwa kkommetta jew kien se jikkometti reat kriminal". L-ewwel Qorti ddecidiet li jidehr li ma jistax jigi ritenut li fis-sitwazzjoni li dehret quddiem l-intimat suprintendent f'dak iz-zmien partikolari hu agixxa fuqsuspett mhux ragonevoli. Il-mument preciz lkifih safa` arrestat ir-rikorrent - Hu ferm desiderabbli li l-ufficjal li jkun qieghed jarresta juza kliem car u semplici li ma jista` jhalli ebda dubju f'mohh il-persuna soggetta ghall-arrest li hi tinstab "under compulsion". Nonostante l-forma ewfemistika li uza s-surgent biex jesegwixxi l-orndi ta` l-arrest, ma hemm l-ebda dubju lil-arrest tar-rikorrent beda jsehh fil-fabbrika minn fejn ingabar biex jiehduh id-Depot. L-allegazzjoni tar-rikorrentli hu ma ngharrafx bis-setgha ta` l-ufficjal tal-pulizija li arrestah - artikolu 352 tal-Kodici Kriminali jimponi obligu fuq il-pulizija li jesegwixxu l-arrest li jgharraf lill-persuna suggetta ghall-arrest bis-setgha tieghu. F'dawn ic-cirkosanzi jidher car lil-ufficjal inkarigat mill-arreest tar-rikorrent ma ottemperax ruhu kompletament mar-rekwizit imsemmi f'artikolu 352. L-allegazzjoni tar-rikorrent li l-"arresting officer" ma tahx ir-raguni ta` l-arrest - Skond l-imsemmi artikolu 352 l-arresting officer ghandu inoltre jgharraf lill-persuna soggetta ghall-arrest bir-raguni ghall-arrest.Dwar dan hemm konflitt serju bejn ix-xhieda, izdam inn ezami fir-reqqa jidher li x-xhieda as-surgentfuq il-punt inkwistjoni, ma hi xejn verosimili. Ghal dawn ir-ragunjiet din il-Qorti aktar tat affidamnet lil-verzjoni tar-rikorrent li hu ma giex infurmag bir-raguni ta` l-arrest mis-surgent. L-allegazzjoni tar-rikorrent li l-arrest teighuttawwal ghal zmien aktar minn dak likien assolutament mehtieg - Biex tinterroga u tigbor il-provi, il-pulizija tista` zzomm lill-persuna arrestata. Il-Pulizija jkollha rizutat pozittiv met jirnexxielha tigbor provi prima facie tar-reita` tal-persuna arrestatw ghalhekk tittiehed decizjoni li dik il-persuna titressaq quddiem il-Qorti. Skond Artikolu 353 (2)tal-Kodici Kriminali tali decizjoni ghandha tigi esegwita bla dewmien mhux mehtieg u fl-ebda kaz m'ghandhom ighaddu aktar minn tmienja w erbghin siegha. Il-pulizija jista` jkollha rizultat negativ ghall-investigazzjonijiet taghha billi l-persuna bl-investigazzjonijiet taghha billi l-persuna arrestat bl-ispjegazzjonijiet li taghti waqt l-interrogazzjoni tasal li tikkonvinci lill-pulizija li s-suspett taghha ma hux fondat jew il-pulizija li s-uspett taghha ma hux fondat jew il-pulizija ma tiksibx prova prima facie tar-reita` tal-persuna arrestat. F'dan il-kaz il-pulizija ghandha ovvjament l-obbligu litehles immedjatament li din il-persuna. L-intimat suprintendent ma rnexxilux jipprova soddisfacentement likien mehtieg ikompli jzomm lir-rikorrent ghaz-zmien kollu li effettivament zammu arrestat. It-trattazzjoni tar-rikorrent li hu gie maltrattat wwaqt l-arrest - Il-kuncett ta` trattament inuman jew degradanti m'ghandux jigi ekwiparat mal-kuncett ta` tortura. It-tortura tikkostitwixxiforma aggravat u ntenzjonata ta` trattament inuman u degradanti. Biex trattament determinat jaqa`taht il-komminazzjoni tad-disposizzjonijiet kontenuti f'artikolu 36 tal-Kostituzzjzjoni jehtieg lijlahhaq certu grad ta` gravita`. Dan il-grad m'ghandux jitkejjel a bazi ta` l-effett li tali trattament jista` jkollu fl-astratt fuq persuna medja normali, izda minflok, a bazi ta` l-effet li fil-fatt kellu dak it-trattament partikolari fuq il-persuna partikolari li tkun giet assoggettata ghalih.Ghalhekk is-sess, l-eta` l-istat ta` sahha, l-inkapacitajiet u fatturi varjabbli ohra li jaghmlu persuna dak li effettivament hi ghandhom jinghatw id-debita importanza. L-arrest tar-rikorrent mhux biss gie esegwit illegalment izda gie prosegwit bl-istess mod billi inzamm ghal zmien aktar minn dakli kien mehtieg. Tista` tghid li ghaz-zmien kollu li r-rikorrent illegalment arrestat inzamm go cella zghira hafna, f'kundizzjonijiet hziena ferm. L-effett kombinat ta` l-incidenti kollha li ssemmewfuq il-persuna partikolari tar-rikorrent kien, f'fehmet il-Qorti, trattamen gravi bizzejjed li jikkwalifika bhala trattament inuman u degradanti fis-sens ta` artikolu 36 tal-Kostituzzjoni. Din il-Qorti tqis li l-intimat suprintendent hu responsbbli ghaz-zammatar-rikorrent aktar milli kien mehtieg,kif ukoll ghall-fatt li l-arrest tar-rikorrent gie ezegwit u prosegwit b'manjiera mhux skond l-awtorita` tal-ligi ukonsegwentement l-arrest sar wiehed illegali. Dwar ir-rimedju kostituzzjonali li ghandu jigi applikat, il-Qorti tahseb li f'kazijiet bhal dawn, ir-rikorrent stess ghandu jindika liemarimedju jkun qed jimmira ghalih. Inoltre, il-kwitjoni tal-quantum tal-kumpens imsemmi, safejn tafil-Qorti qatt ma qam quddiem il-Qorti u peress li dan hu kuncett gdid fil-ligi taghna din il-Qorti thoss li tkun haga prudenti li taghti lill-abbli difensuri tal-partijiet l-opportunita` li jittrattawdan l-ahhar imsemmi aspett. Minn din is-sentenza appellaw kemm ir-rikorrent, kif ukoll principalment l-intimat suprintendent. War li regghet ikkunsidrt il-fatti kollha tal-kaz, din il-Qorti rriformt is-sentenza appellata billi ddikjarat li: 1. l-arrest ta` Vella mill-intimati sar b'mod ligie vjolat artikolu 34(1) (f) bili ma kienx hemm suspett ragonevoli li huwa kien jew kien se jikkommetti reat kriminali; 2. il-perkwizizzjoni li saret fir-residenza tar-rikorrent kisret id-disposizzjoni ta` artikolu 352 tal-Kodici Kriminali izda ma kkostitwitx ksur tal-kostituzzjoni; 3. L-intimti humahatja ta` trattment inuman u degrdanti bi vjolazzjoni ta` artikolu 36 tal-Kostituzzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info