Reference: Volume 37E (1953), Part No. 4, Section , Page 1180

Judgement Details


Date
24/10/1953
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
I-PULIZIJA vs LAWRENCE FORMOSA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"PARKING" - NEGLIGENZA - PROVA - TRAFFIKU
Summary
Min ikollu taht il-kontroll tieghu karrozza pparkjata, ghandu l-obligu li jaghmel il-prova li teskludi n-negligenza tieghu, jekk jigri li fl-assenza tieghu l-karrozza titqanqal minn fejn kienet ipparkjata u taghmel hsara. Jekk dak li ghandu l-karrozza taht il-kontroll tieghu halliha pparkjata bil-bibien mhux maqfulin, huwa ma jasalx biex jaghmel din il-prova li teskludi n-negligenza tieghu, avvolja juri illi jkun ha prekawzjonijiet ohra biex il-karrozza ma titqanqalx fl-assenza tieghu; ghax il-fatt li hu halla l-bibien tal-karrozza mhux maqfulin jinnewtralizza l-prekawzjonijiet kollha li jkunha. Hu assolutament necessarju li karrozza pparkjata, partikolarment ghal zmien twil, tinzamm maghluqa; u din mhix xi prekawzjoni staordinarja, imma hija prekawzjoni l-aktar elementari, li minghajrha jista' jkun ghal ta' xejn li jittiehdu prekawzjonijiet ohra. Il-fatt li l-karrozza tkun tqanqletghax xi hadd messha jew baghbas fiha ma jnehhix in-negligenza ta' min kellu l-kontroll tal-karrozza;ghax hu pacifiku f'din il-materja li l-accident xejn ma jiswa biex jiskrimina l-eghmil ta' l-imputat meta l-accident ikun precedut minn xi negligenza ta' l-imputat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info