Referenza: Volum 79 (1995), Parti Nru. 2, Taqsima 2, Paġna 876

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/04/1995
Qorti
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Ġudikatura
MIFSUD BONNICI GIUSEPPE, AGIUS CARMEL A., ARRIGO NOEL V.
Partijiet
CARMELO ZAMMIT vs KUMMISSJONI GHALL-KONTROLL TA' L-IZVILUPP
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AMMISSIBILITA' JEW LE TIEGHU BHALA XHUD TAR-RES GESTAE TA' L-UDJENZI - GUDIKANT - IL-FATTI KOLLHA JRIDU JKUNU GHAD-DISPOSIZZJONI TA' KULL MIN HUWA INTERESSAT FIL-PROCESS - IL-MASSIMA AUDIATUR ET ALTERA PARS - IL-MASSIMA QUOD NON EST IN ACTIS NON EST IN MUNDO - TRIBUNAL
Fil-Qosor
Il-massima quod non est in actis non est in mundo hija bazilari f'kull sistema procedurali ta' l-ordinament guridiku. Hemm zewg korrolarji principali ta' din il-massima; l-ewwel wiehed huwa li dak lijigri, li jissucciedi, fit-tribunal waqt it-trattazzjoni ta' kawza ghandu jirrizulta biss mill-verbali redatti mit-Tribunal stess. Jew alternattivament, f'dawk il-kazijiet fejn il-gudikant jirrifjuta li jirregistra fatt rilevanti ghall-kawza, il-parti ghandha tipprezenta Nota jew rikors seduta stante sabiex min ikun qed jippresjedi t-Tribunal jkun fil-posizzjoni li jipprovdi fuq il-fatt. Edba gudikant infatti m'ghandu jinbidel f'xhud ta' dak li gara quddiemu fl-udjenza u la huwa u lanqas l-ufficjali l-ohra tat-Tribunal ma huma ammessi bhala xhieda fuq ir-res gestae ta' l-udjenzi. It-tienikorrolarju huwa li t-Tribunal ghal dawk li huma l-fatti li fuqhom irid jiddecidi, jridu jirrizultawmill-atti u l-gudikant ma jistax juza jew jaghmel riferiment ghal fatti, anke jekk huwa personalmentikun jaf bihom, jekk dawn ma jirrizultawx mill-atti tal-kawza. Dawn il-korrolarji, naturalment, huma guridikament saldati mill-principju, daqstant iehor bazilari, illi l-fatti kollha rilevanti ghall-kawza jridu jkunu ghad-disposizzjoni ta' kull min huwa interessat fil-process ghall-kontroll, kontestazzjoni jew/u konferma. Il-kollegament ma' massima ohra tal-gustizzja procedurali ta' audiatur etaltera para huwa ovvju.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni