Referenza: Volum 82 (1998), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 378

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/10/1998
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
IL-PULIZIJA vs MANUEL SIVE LOLLY CASSAR
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AGGRAVJI - GDID - KWERELA
Fil-Qosor
IL-prattika tal-Qorti ta` l-Appell Kriminali hi li f'certi kazijiet, anke meta l-apell ikun semplicement fuq il-mertu, jekk l-appell jintlaqa`, is-sentenza tigi mhassra u l-atti jigu mibghtua lura lill-Ewwel Qorti ghal decizjoni mill-gdid. Din il-prattika llum ssib il-konfort ta` gurisprudenza kopjuza. Tali smigh mill-gdidnaturalment jimportaw dritt ta` appell minn dik id-decizjoni gdida tal-Qorti tak-Magistrati. M hemm xejn fil-ligi li jirrestringi jew jillimita lill-appellant (sia jekk il-parti misjuba hatja, u sia jekk l-Avukat Generlai jew il-kwerelant) fl-aggravji lijista` jqajjem f'dan it-tieni appell. Fi kliem iehor, meta l-Qorti ta` l-Appell Kriminali, flok ma tiddecidi l-meritu,tibghat l-ati lill-Ewwel Qorti ghas-smigh u decizjoni mill-gdid, l-appell mid-decizjoni l-gdida jista` jqajjem bhala aggravji punti li jkunu ga tqajjmu fl-ewwel appell u gew decizi bl-ewwel sentenzatal-Qorti ta` l-Appell Kriminali. Il-proviso ta` l-artikolu 373 tal-Kodici Kriminali japplika bissfil-kazijiet ta` reati, ta` kompetenza tal-Qorti tal-Magistrati, espressjoni li dejjem giet ritenutali tirreferi ghal reati ta` kompetenza "originali" ta` dik il-Qorti, jigifieri dawk ir-reati msemmija f'xi ligi ohra li, b'disposizzjoni espressa, huma ta` kompetenza eskussiva tal-Aorti tal-Magistrati bhala Qorti ta` Gudikatura Kriminali. L-artikolu 390 (5) tal-Kodici Kriminali jiddisponi li, f'certi kazijiet, il-kwerela tkun prezunta li saret. din id-disposizzjoni tapplika bissmeta tkun saretkumpilazzjoni, jigifieri jkun hemm kumpilazzjoni bil-bidu taghha bir-rapport gurament ta` l-ufficjal tal-pulizija u bit-tmiem taghha bid-decizjoni tal-Qorti istruttorja li hemm jew ma hemmx ragunijiet bizzejjed biex dak lij kun jitqieghed taht att ta` akkuza.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni