Reference: Volume 82 (1998), Part No. 4, Section , Page 182

Judgement Details


Date
26/05/1998
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
VELLA PATRICK
Parties
IL-PULIZIJA vs STEVEN ZAHRA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
AMMISSJONI - RECIDIVA
Summary
Hafna drabi, fejn ikun hemm ammissjoni, l-akkuzat jibbenefika minn xi riduzzjoni fil-piena. Mill-banda l-ohra jista' jkun hemm cirkostanzi li, minkejja tali ammissjoni, xorta wahda tali riduzzjoni m'ghandhiex tapplika f'dak il-kaz partikolari. Kull kaz ghandu l-fattispecje tieghu u ghalhekk kull kaz ghandu jigi ttrattat ghalih wahdu, separatament minn kull kaz iehor fejn ukoll ikun hemm din l-ammissjoni ta' l-akkuzat. L-effett tar-recidiva mhuwiex li l-istess persuna qed tigi punita darbtejnfuq xi reat antecedenti li fuqu tkun ga giet moghtija piena, izda li fil-fatt dik l-istess persuna qed tigi punita ghal fatt gdid b'mod aktar sever u differenti minn persuna li tkun qed tigi punita ghall-istess fatt izda ghall-ewwel darba u bla precedenti. Ir-recidiva fil-fatt hija cirkostanza merament personali, u ma ghandha ebda referenza ghall-kontenut objettiv la tar-reat precedenti u lanqastar-reat attwali, billi l-awment fil-piena bhala effett tar-recidiva mhus inflitt ghall-ewwel reat,li l-piena tieghu ga giet espijata jew kundannata. Lanqas dan l-awment mhu inflitt ghar-reat attwali li baqa' l-istess fil-kontenut materjali tieghu. L-awment fil-piena ghandu rapport biss mal-personalita' tal-hati u jsib ir-raguni tieghu fil-persistenza tal-hati fid-delinkwenza. Ir-recidiva hijaakkuza u reat per se, separata u distinta minn kwalunkwe akkuza jew akkuzi ohra, tant li l-artikoli49 u 50 tal-Kodici Kriminali jirrikjedu certi kondizzjonijiet u elementi li jridu jigu sodisfatti u, fuq kollox, ippruvati mill-prosekuzzjoni, tant li wiehed jista' jigi lliberat minn akkuza ta' recidiva. L-akkuza tar-recidiva hija limitata biz-zmien, u dan ai termini ta' l-artikoli 49 u 50 tal-Kodici Kriminali. Dawn l-artikoli jitkellmu dwar ir-recidiva b'mod generali ghal kwalunkwe tip ta' reat u delitt. Issa l-artikolu 289 ta' l-istess Kodici jitkellem, mill-banda l-ohra, f'parti specjalijew espressa ta' dan il-Kodici li permezz tieghu ma hemm l-ebda limitazzjoni ta' zmien.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info