Referenza: Volum 82 (1998), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 90

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/01/1998
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
IL-PULIZIJA vs ANDREW BONNICI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARREST ILLEGALI - KORRUZZJONI TA' MINORENNI - OFFIZA GHALL-PUDUR JEW GHALL-MORALI - REATI DWAR OGGETTI PORNOGRAFICI
Fil-Qosor
Bl-espressjoni "offiza fuq il-persuna" (bodily harm, fit-test Ingliz) fil-paragrafu (c) ta' l-artikolu 87 tal-Kodici Kriminali, il-ligi qed tikkontempla offiza fis-sens ta' l-artikolu 214 tal-Kodici Kriminali, jigifieri hsara fil-gisem jew fis-sahha jew dizordni mentali. Is-semplici tokkament jew kuntratt fiziku anke' jekk dawn jipperturbaw il-psike ta' dak li jkun ma jammontawx per se ghal offiza jew offizi fuq il-persuna. Biex l-akkwist jew zamma kkontemplat fl-artikolu 208 tal-Kodici Kriminali jkun gie akkwistat jew inzamm ghall-wiehed mill-iskopijiet imsemmijin fl-istess artikolu, cjoe'ghal qligh (for gain) jew ghat-tqassim (for distribution) jew ghall-wiri f'post pubbliku jew f'postaccessibbli ghall-pubbliku (for display in a public place or in a place accessible to the public).L-artikolu 20 tal-Kodici Kriminali ma jirrikjedix li l-ghemil in kwistjoni jkun fih innifsu ghemil zieni (bhalma hu l-kaz taht l-artikolu 203 (1); hu bizzejjed li l-att ikun tali li joffendi s-sens tad-decenza. L-element intenzjonali f'dan ir-reat ikun sodisfatt jekk l-att offensiv tad-decenza jkunvolontarju, minghajr mhu mehtieg id-dolo specifiku. L-att li bih wiehed juri kotba jew stampi pornografici lil tfal taht l-eta' hu att li joffendi l-pudur jew il-morali.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni